Home / Series / Ilsienna / Aired Order /

All Seasons

Season 1

  • S01E01 L-Iżvilupp tal-Malti

    • October 1, 2018
    • TVM

    Fl-ewwel programm se niltaqgħu mal-Prof. Joe Brincat, li jgħallem il-Lingwistika Taljana fl-Università u huwa espert fil-Lingwistika Storika. Dr Olvin Vella wkoll se jkun qed jiġi intervistat fl-ewwel episodju ta' Ilsienna! Huwa membru tad-Dipartiment tal-Malti, L-Università ta' Malta. Dr Michael Spagnol se jkun qed jiddiskuti l-iżvilupp tal-ilsien Malti fl-ewwel episodju ta' Ilsienna. Se jkun hemm il-Prof. Manwel Mifsud, riċerkatur u membru tad-Dipartiment tal-Malti, L-Università ta' Malta.

  • S01E02 It-Teknoloġija tal-Malti

    • October 8, 2018
    • TVM

    Fl-episodju li jmiss se nħarsu lejn it-teknoloġija tal-Malti, ħaġa li forsi m'aħniex imorrijin nagħmlu. Fost l-oħrajn, se nkunu qed nitkellmu ma' Albert Gatt, mill-Istitut tal-Lingwistika u t-Teknoloġija tal-Lingwa fl-Università ta' Malta. Riċerkatriċi oħra li se niltaqgħu magħha fil-programm li jmiss hija Dr Claudia Borg, li se tkun qed tiddiskuti l-iżvilupp ta' automatic speech recognition system, tipo Siri. Claudia Borg hija membru tal-Artificial Intelligence Malta Group u tikkollabora wkoll mal-Istitut tal-Lingwistika u t-Teknoloġija tal-Lingwa. Carmen Carabott se tixħet aktar dawl dwar is-sengħa tat-traduzzjoni. Thomas Pace, id-Direttur Eżekuttiv ta' Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ilsien Malti, għada se jkun qed jiddiskuti ċ-ċekkjatur tal-Malti, id-dizzjunarju fuq l-internet, u l-qagħda inġenerali tal-Malti fl-era diġitali.

  • S01E03 Il-Mużika popolari bil-Malti

    • October 15, 2018
    • TVM

    L-episodju li jmiss huwa dwar il-Malti u l-mużika popolari, u matulu se niltaqgħu mal-kantawtur Manwel Mifsud li fost l-oħrajn kiteb "Vassalli." Kantawtriċi oħra hija Corazon Mizzi, li kliemha u leħinha saru sinonimi mad-diska popolari bil-Malti. Se niltaqgħu wkoll mar-riċerkatur Toni Sant. Fost l-oħrajn, Toni Sant jiddiskuti b'mod kritiku l-istorja tal-mużika Maltija u l-importanza tal-festivals. Minbarra li hija kantanta brava, Dorothy Bezzina hija wkoll riċerkatriċi tal-mużika bil-Malti, b'teżi dwar il-kantant Gaetano Kanta. Wieħed mill-membri ta' The Travellers se jkun qed jiddiskuti l-kitba tal-lirika bil-Malti.

  • S01E04 Il-Qari fil-Pubbliku

    • October 22, 2018
    • TVM

    Fl-episodju li jmiss niltaqgħu ma' Gorg Peresso, wieħed mill-aktar vuċijiet magħrufa f'pajjiżna; huwa se jkun qed jiddiskuti l-qari fil-pubbliku fuq ir-radju. Glen Calleja se jiffoka fuq il-qari fil-pubbliku. Glen huwa kittieb, legatur, u jmexxi kors fl-Università ta' Malta propju fuq dan is-suġġett. Vince Fabri, il-konfundatur u kordinatur ta' Poeżijaplus, se jgħaddilna ftit tagħrif dwar l-open mics li jieħu ħsieb jorganizza. Jean Paul Borg huwa kittieb emerġenti u huwa wkoll se jkun qed jaqsam magħna xi esperjenzi marbuta mal-palk ħieles. L-aħħar mistiedna għall-programm t'għada hija Leanne Ellul li, minbarra li hija kittieba brava, hija wkoll l-amministratriċi ta' Inizjamed. Hi wkoll se tkellimna dwar il-palk ħieles. Jean Paul Borg jaqra poeżija ta' Tamim Al-Barghouti, tradotta għall-Malti minnu stess.

  • S01E05 Entitajiet Universitarji u Governattivi

    • October 29, 2018
    • TVM

    Fl-episodju li jmiss, se naraw min huma l-entitajiet ewlenin tal-Malti fl-Università u fil-Gvern. Nibdew b'intervista ma' Joe Friggieri, il-President ta' Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ilsien Malti. Albert Gatt se jgħidilna x'inhu l-irwol tal-Institut tal-Lingwistika u t-Teknoloġija tal-Lingwa u kif l-Istitut jaħdem id f'id ma' entitajiet oħra bħad-Dipartiment tal-Malti ta' L-Università ta' Malta. Bernard Micallef huwa l-Kap tad-Dipartiment tal-Malti u wieħed mill-mistednin tagħna fl-episodju li jmiss. David Muscat huwa r-raba' wieħed intervistat. David huwa uffiċjal edukattiv tal-Malti fi ħdan il-Ministeru tal-Edukazzjoni.

  • S01E06 Għaqdiet Volontarji tal-Malti

    • November 5, 2018
    • TVM

    Fl-episodju li jmiss: Sephora Francalanza dwar l-Għaqda tal-Malti. Inċidentalment, Sephora se tkun qed tagħti taħdita l-ġimgħa d-dieħla dwar it-teżi tagħha. Niltaqgħu wkoll ma' Joseph Borg, mill-Akkademja tal-Malti. Inizjamed hija għaqda oħra volontarja li taħdem b'risq l-ilsien Malti. Adrian Grima, kofundatur ta' Inizjamed, se jkun qed ikellimna dwar il-ħidma ta' din l-għaqda, magħrufa l-aktar għall-Festival tal-Letteratura. Jesmond Sharples huwa l-President tal-Għaqda Poeti Maltin. L-aħħar mistieden għall-episodju li jmiss huwa Karl Scicluna, President tal-Għaqda tal-Qarrejja tal-Provi.

  • S01E07 Il-Kitba Kreattiva

    • November 12, 2018
    • TVM

    L-episodju li jmiss se jkun wieħed mill-aktar episodji kkuluriti, b'intervisti ma' għadd ta' kittieba ewlenin, fosthom Adrian Grima. Clare Azzopardi hija awtriċi oħra li se nintervistaw fl-episodju li jmiss. Immanuel Mifsud huwa waħda mill-vuċijiet kontemporanji ewlenin. Żgur li l-aħħar mistieden ma jeħtieġ ebda introduzzjoni: il-kbir Trevor Zahra nnifsu!

  • S01E08 Il-Produzzjoni tal-Ktieb bil-Malti

    • November 19, 2018
    • TVM

    Glen Calleja, legatur tal-kotba, se jkun wieħed mill-mistiedna fl-episodju li jmiss. Joseph Mizzi, id-direttur tal-Klabb Kotba Maltin, jaqsam magħna l-esperjenzi tiegħu b'rabta mal-produzzjoni tal-ktieb bil-Malti. Franco Portelli, mill-istamperija Gutenberg Press Ltd, se jagħtina dewqa tax-xogħol li jseħħ minn wara l-kwinti. Aktar tard illum l-artist Pierre Portelli se jkun qed jitkellem dwar id-disinn tal-kotba.

  • S01E09 Il-Malti u t-Traduzzjoni

    • November 26, 2018
    • TVM

    Mark Vella: "Ilsienna qed isir aktar rikk minħabba li qed jittraduċi aktar kontenut u qed jaffronta aktar suġġetti ġodda." Mark Vella huwa Uffiċjal tal-Lingwi mal-Kummissjoni Ewropea - Ir-Rappreżentanza. Il-Prof. Eynaud: "L-isfida tal-interpretu hi li kuljum se jbiddel ix-xenarju tiegħu." Il-Prof. Joseph Eynaud dwar id-differenzi bejn l-interpretar u t-traduzzjoni. Il-Prof. Eynaud huwa l-Kap tad-Dipartiment tal-Istudji tat-Traduzzjoni, Terminoloġija u Interpretar. Il-Prof. Joseph Eynaud jitkellem dwar is-sottotitli għat-teleserje Strada Stretta u l-persuni neqsin mis-smigħ. It-traduttriċi Doriana Vella se tkellimna dwar l-opportunitajiet ta' xogħol li wieħed jista' jsib permezz tat-traduzzjoni, kemm barra kif ukoll f'pajjiżna stess.

  • S01E10 Il-Malti bħala Għodda ta' Inklużjoni (1)

    • December 3, 2018
    • TVM

    Fl-episodju li jmiss se nistħarrġu kif il-lingwa tista' tkun għodda ta' poter li tikkontribwixxi għal aktar koeżjoni fis-soċjetà. Fost l-oħrajn, tkellimna mal-kittieb u l-attivist Adrian Grima. Walid Nabhan huwa kittieb Malti-Palestinjan li għamlilna isem mal-Ewropa u lil hinn, billi rebaħ il-Premju Letterarju Ewropew u din il-ġimgħa stess kien mistieden il-Ġappun. Fost l-oħrajn, Walid jitkellem fuq kif il-lingwa tista' tintuża sabiex issikket, jew tagħti vuċi, lill-minoranzi. Tyrone Grima, kittieb u fundatur ta' Drachma Malta, jitkellem magħna dwar kif il-lingwa tista' teskludi, jew tinkludi, persuni ta' sessi jew orjentazzjoni differenti. Yana Psaila, kittieba u poetessa Russa-Maltija, titkellem mat-tim ta' Ilsienna dwar kif il-lingwa għenitha tintegra aħjar fis-soċjetà Maltija.

  • S01E11 Il-Mużika Alternattiva bil-Malti (1)

    • December 10, 2018
    • TVM

    Nerġgħu niltaqgħu ma' Sephora Francalanza, din id-darba billi rriċerkat il-lirika tal-mużika alternattiva bil-Malti. Niltaqgħu wkoll ma' Malcolm Bonnici, wieħed mill-mużiċisti ta' Mistura. Episodju dwar il-mużika alternattiva bil-Malti ma jkunx komplut mingħajr il-kontribut tal-Brikkuni.

  • S01E12 Il-Mużika Alternattiva bil-Malti (2)

    • December 17, 2018
    • TVM

    L-episodju li jmiss ikompli ma' ta' qablu billi jħares lejn il-mużika alternattiva bil-Malti. Band oħra li se niltaqgħu magħha hija plato's dream machine; fl-intervista, Robert Farrug Flores se jaqsam magħna l-esperjenzi li għadda minnhom fl-aħħar snin. It-tielet band fl-episodju t'għada hija Bila, li riċentament nidew "Bestjarju."

  • S01E13 Il-Kwistjoni tal-Lingwa

    • December 24, 2018
    • TVM

    Simone Azzopardi hija storika oħra li se taqsam ħsibijietha magħna dwar l-Kwistjoni tal-Lingwa. Il-Prof. Henry Frendo huwa storiku li jgħallem l-Università ta' Malta u li rriċerka sew il-Kwistjoni tal-Lingwa. Fl-episodju li jmiss, il-Prof. Oliver Friggieri jirrifletti fuq x'impatt kellha l-Kwistjoni tal-Lingwa fuq l-identità tagħna.

  • S01E14 Il-Malti Mediku

    • December 31, 2018
    • TVM

    Fl-episodju li jmiss se nħarsu lejn qasam speċjalizzat ħafna: il-Malti mediku. Fost l-oħrajn se nkunu qed nitkellmu mal-ispeċjalista Yves Muscat-Baron. Nitkellmu ma' Ermira Tartari Bonnici, infermiera Albaniża li ilha taħdem f'pajjiżna għal dawn l-aħħar 18-il sena. Joseph Trapani, lekċerer tax-Xjenzi tas-Saħħa, se jiddiskuti l-importanza li l-ħaddiema fil-qasam tas-saħħa jitkellmu l-lingwa nattiva tal-pazjenti tagħhom. Michael Spagnol, lekċerer mad-Dipartiment tal-Malti fl-Università ta' Malta u l-moħħ wara Kelma Kelma, se jiddiskuti l-użu tal-Malti fil-qasam tas-saħħa.

  • S01E15 Il-Malti u l-Barranin ta' Ġewwa

    • January 7, 2019
    • TVM

    Fl-episodju li jmiss se nħarsu lejn l-imprtanza tat-tagħlim tal-Malti lill-barranin, speċjalment f'kuntest fejn l-ammont ta' ħaddiema barranin qed jiżdied. Fost il-kelliema tagħna, se jkollna lil Phyllisienne Gauci, esperta fit-tagħlim tal-lingwi barranin. Għal darb'oħra, Walid Nabhan se jkun wieħed mill-mistiedna tagħna. Walid se jaqsam magħna l-esperjenza tiegħu bħala "barrani," illum ta' ġewwa, li tgħallem sew ilsienna tant li rebaħ premji prestiġjużi bih. Yana Psaila hija poetessa Russa-Maltija. Yana wkoll tgħallmet il-Malti bħala adulta, tant li saħansitra tikteb bih!

  • S01E16 Il-Gazzetti bil-Malti

    • January 14, 2019
    • TVM

    Fl-episodju li jmiss se nħarsu lejn l-istorja tal-gazzetti u kif dawn ikkontribwew għall-istandardizzazzjoni tal-kitba bil-Malti u l-iżvilupp ta' idjoma letterarja. Magħna se jkollna lil Jessica Micallef, eks student tad-Dipartiment tal-Malti fl-Università ta' Malta li rriċerkat il-gazzetti tas-snin bikrin. Il-Prof. Arnold Cassola għomru u żmienu jirriċerka l-gazzetti, speċjalment fid-dawl tar-rabtiet tagħna mal-Italja, u għaldaqstant ma jistax jonqos il-kontribut tiegħu fl-episodju li jmiss! Il-Prof. Oliver Friggieri huwa awtorità fuq għadd ta' kittieba Maltin li l-ewwel ma bdew jippubblikaw kien fil-gazzetti lokali. Friggieri se jkun qed jaqsam magħna l-osservazzjonijiet tiegħu fuq dan is-suġġett. Dianne Giordmaina hija librara u riċerkatriċi li riċentament temmet id-Diploma fil-Letteratura Maltija fl-Università ta' Malta. Fost l-oħrajn, hija rriċerkat liz-Zija Rużann, li kienet fuq quddiem nett fil-kitba għat-tfal fil-gazzetti.

  • S01E17 Il-Films bil-Malti

    • January 21, 2019
    • TVM

    Fost il-mistiedna għall-episodju li jmiss, se jkollna lil Tony Parnis, direttur. Mistiedna oħra minn tagħna hija Abigail Mallia ta' Take 2 Entertainment, li se tiddiskuti l-films bil-Malti bħala produttriċi u direttriċi. Ma jistax jonqos li niddiskutu wkoll Simshar, film riċenti bil-Malti li żgur li smajtu bih. L-attriċi brava Clare Agius hija t-tielet mistiedna li se jkollna u se titkellem dwar Simshar.

  • S01E18 Il-Letteratura bil-Malti għaż-Żgħażagħ

    • January 28, 2019
    • TVM

    Sephora Francalanza, il-President tal-Għaqda tal-Malti tal-Università, se taqsam magħna l-esperjenza tagħha dwar il-Malti u ż-żgħażagħ. Chris Gruppetta huwa pubblikatur li s-suq tal-kotba għaż-żgħażagħ jafu sew. Leanne Ellul hija awtriċi, magħrufa l-aktar għar-rumanz Gramma, ir-rumanz rebbieħ tal-Konkors Rumanzi għaż-Żgħażagħ. Anke Trevor Zahra, ġgant tal-letteratura lokali, se jaqsam magħna l-esperjenzi tiegħu fil-kitba kreattiva għaż-żgħażagħ. Il-ħames mistiedna t'għada hija Rita Saliba, kittieba li kitbet għaż-żgħażagħ u li rebħet il-Konkors Rumanzi għaż-Żgħażagħ diversi drabi.

  • S01E19 Il-Malti u l-Edukazzjoni

    • February 4, 2019
    • TVM

    Etienne Micallef huwa għalliem tal-primarja u se jiddiskuti magħna l-Malti u l-edukazzjoni. George Mifsud huwa wieħed mill-erba' uffiċjali edukattivi tal-Malti. George se jagħtina dewqa tal-ħidma kbira li jkun għaddej fil-Malti fil-qasam edukattiv. L-għalliema Dorianne Bonello se tagħtina dewqa ta' x'inhu meħtieġ sabiex tgħallem il-Malti f'livell sekondarju. Ir-raba' mistieden għall-episodju t'għada huwa David Aloisio, lekċerer tal-Malti fil-Junior College.

  • S01E20 Il-Komiks bil-Malti

    • February 11, 2019
    • TVM

    Niltaqgħu ma' Audrienne Degiorgio, illustratriċi, li se titkellem dwar il-komiks bil-Malti. Ġorġ Mallia żgur li m'għandu bżonn ebda introduzzjoni, speċjalment il-ġenerazzjonijiet li kibru jsegwu r-rivista 'Is-Sagħtar'! Mallia se jkun qed ikellimna bħala kartunist u illustratur tal-komiks. Guzi Gatt huwa kittieb tal-komiks; huwa se jiddiskuti magħna r-realtà li l-kittieba u l-illustraturi tal-komiks iħabbtu wiċċhom magħha.

  • S01E21 Il-Malti bħala Għodda ta' Inklużjoni (2)

    • February 18, 2019
    • TVM

    Fl-episodju li jmiss nerġgħu nħarsu lejn il-Malti​ bħala għodda ta' inklużjoni, din id-darba għal persuni neqsin mis-smigħ u mid-dawl, u għal persuni bl-awtiżmu. Fost il-mistiedna fl-episodju li jmiss se jkollna lil Oliver Scicluna, il-President tal-Commission for the Rights of Persons with Disability (CRPD). Fost l-oħrajn, huwa jitkellem dwar il-Malti u l-persuni neqsin mis-smigħ u d-dawl, u persuni bl-awtiżmu. Il-Prof. Marie Alexander se taqsam magħna spunti dwar ir-riċerka u t-teknoloġija għal persuni neqsin mid-dawl u mis-smigħ, u dwar persuni bl-awtiżmu. Niltaqgħu wkoll ma' Dorianne Callus, membru attiv tad-Deaf People Association - Malta. Tinterpreta Rita Portelli.

  • S01E22 Il-Kittieba Soċjorealisti

    • February 25, 2019
    • TVM

    Il-kittieba tax-xellug fil-bidu tas-seklu għoxrin ħallew impatt kbir fuq il-letteratura Maltija tas-seklu ta' wara. F'dan l-episodju nitkellmu ma' għadd ta' riċerkaturi dwar dawn il-kittieba, magħrufa aħjar bħala s-soċjorealisti. Fost l-interventi hemm dak ta' Maria Simiana, riċerkatriċi żagħżugħa. M'hemm ħtieġa t'ebda introduzzjoni għall-Prof. Oliver Friggieri; fost l-oħrajn, Friggieri se jitkellem dwar l-irwol tas-soċjorealiżmu fil-formazzjoni tal-partiti. Emanuel Psaila rriċerka l-letteratura u l-politika; isimgħu x'għandu xi jgħid dwar il-kittieba tal-bidu tas-seklu 20! Ir-raba' mistieden għall-episodju t'għada huwa Charles Briffa, lekċerer mad-Dipartiment għall-Istudji dwar it-Traduzzjoni u l-Interpretazzjoni fl-Università ta' Malta.

  • S01E23 Opportunitajiet għall-Kittieba

    • March 4, 2019
    • TVM

    Inħarsu lejn l-opportunitajiet li jeżistu għall-kittieba Maltin. Tkellimna ma' Mark Camilleri, il-President tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb. Illum il-ġurnata hawn ħafna aktar opportunitajiet għall-kittieba, minn fondi ġodda għal opportunitajiet ta' taħriġ. Niltaqgħu ma' rappreżentanti ewlenin tal-entitajiet li joffru dawn l-opportunitajiet. Tkellimna ma' Sephora Francalanza, il-President tal-Għaqda tal-Malti, dwar x'possibbiltajiet ta' taħriġ u pubblikazzjoni qed jingħataw awturi żgħażagħ. It-tim ta' Ilsienna ltaqa' ma' Mary Ann Cauchi, id-Diretriċi l-ġdida għall-Istrateġija u l-Fondi, u saqsa dwar x'opportunitajiet qed joffri l-Kunsill Malti għall-Arti. Se nħarsu lejn opportunitajiet ta' taħriġ, pubblikazzjoni, traduzzjoni, u ffinanzjar. Dwar dan u aktar tkellimna ma' Chris Gruppetta, pubblikatur.

  • S01E24 It-Traduzzjoni ta' Testi Sagri

    • March 11, 2019
    • TVM

    Fost it-testi sagri tradotti għall-Malti nsemmu l-Bibbja, il-Quran, u l-Bħagawad Gita. F'dan l-episodju nistħarrġu l-istejjer u s-snajja' marbuta ma' dawn it-traduzzjonijiet. Ir-Rev. Dr Paul Sciberras se jitkellem dwar l-importanza tat-traduzzjoni ta' testi sagri. Test sagru ieħor li se nkunu qed nitkellmu dwaru fl-episodju li jmiss huwa l-Bħawagad Gita, li ġie tradott għal ilsienna minn Michael Zammit. Walid Nabhan, ħassieb Palestinjan-Malti, jagħtina dewqa tal-isfidi li jkun hemm meta jinqalbu testi sagri, u għaliex huwa importanti li jingħelbu. Carmel Bezzina rriċerka 'l Pietru Pawl Saydon, traduttur ewlieni tal-Bibbja mill-ilsna oriġinali għal ilsienna. Bezzina se jagħtina idea tal-ħidma li daħal għaliha Saydon.

  • S01E25 Il-Malti u d-Djaletti

    • March 18, 2019
    • TVM

    Se jkollna episodju ieħor ikkulurit immens, din id-darba dwar id-djaletti. Fost il-mistiedna se jkollna lil Ruben Farrugia, riċerkatur. Michael Spagnol, magħruf bħala s-Sur Kelma Kelma, żgur li huwa wiċċ familjari fuq Ilsienna u f'affarijiet oħra tal-Malti. Michael se jkun qed jiddiskuti d-djaletti. Sandra Vella hija lingwista; fost l-oħrajn, qiegħda taħdem fuq proġetti (interessanti immens!) b'rabta mad-djaletti ta' pajjiżna. L-aħħar mistieden għall-episodju t'għada huwa Guzi Gatt, li diġà ltqajna miegħu f'xi episodji ta' Ilsienna; din id-darba, Ġużi se jkellimna dwar id-djaletti li nsibu fil-gżejjer tagħna.

  • S01E26 L-Għana Malti

    • March 25, 2019
    • TVM

    Rachelle Deguara hija għannejja żagħżugħa li se niltaqgħu magħha fl-episodju li jmiss ta' Ilsienna (u li kif tistgħu tobsru, se jkun dwar l-għana!). L-għana huwa wieħed mit-tipi ta' mużika folkloristika l-aktar magħrufa f'pajjiżna. F'dan l-episodju nħarsu lejn il-valur soċjali tiegħu u lejn it-tekniki mħaddma fl-għana u fix-xogħol tal-kitarri. Ġorġ Azzopardi, magħruf bħala ż-Żabliġon, huwa wieħed mill-mistiedna speċjali tal-episodju li jmiss ... fost l-oħrajn se jurina kif tinħadem kitarra ta' Malta, xogħol idejh! Tkellimna wkoll ma' Ranier Fsadni, antropologu, li rriċerka l-għana.

  • S01E27 L-Ortografija Maltija

    • April 1, 2019
    • TVM

    L-episodju li jmiss se jkun dwar l-ortografija Maltija; fost il-mistednin se jkollna lil Bernice Magro, li rriċerkat propju dan il-qasam. Desirée Dimech ukoll irriċerkat l-ortografija ta' lsienna. Dr George Farrugia huwa wieħed mill-esperti ewlenin fl-ortografija ta' lsienna. Huwa se jispjegalna l-iżviluppi ewlenin li għaddiet minnhom il-kitba bil-Malti. Thomas Pace, id-Direttur ta' Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ilsien Malti, se jiddiskuti l-importanza ta' strateġija u regoli ċari ortografiċi. Din l-intervista se tidher fl-episodju t'għada.

  • S01E28 Qabel il-Malti

    • April 8, 2019
    • TVM

    Inħarsu lejn ir-realtà lingwistika qabel l-iżvilupp tal-Malti. Il-Prof. Albert Borg, lingwista, se jkun wieħed mill-mistiedna tagħna. Dr Abigail Zammit hija epigrafista, jiġifieri tistudja u tinterpreta skrizzjonijiet antiki; Zammit se tiddiskuti r-realtà lingwistika li kellna f'pajjiżna qabel l-iżvilupp tal-Malti. Il-Prof. Anthony J. Frendo huwa fost wieħed mill-arkeologi ewlenin ta' pajjiżna; fl-episodju li jmiss se jagħti l-kontribut tiegħu primarjament dwar il-Feniċju u l-Puniku. Ir-raba' mistieden huwa Charles Dalli, storiku li fost l-oħrajn iffoka fuq iż-Żmien Medjevali.

  • S01E29 Il-Filosofija bil-Malti

    • April 15, 2019
    • TVM

    Se jkollna magħna lill-Prof. Michael Zammit, lekċerer fl-Università ta' Malta, li se jkellimna dwar il-Filosofija bil-Malti. Il-Prof. Joe Friggieri jgħidilna x'jaħseb dwar l-użu tal-Malti fil-Filosofija u l-potenzjal tiegħu fl-Università fil-qasam filosofiku. Minkejja ċ-ċokon ta' pajjiżna, għandna tradizzjoni ta' kitbiet filosofiċi bi lsienna. Inħarsu lejn il-ħassieba ewlenin u t-temi filosofiċi li trattaw. Patri Mark Montebello huwa t-tielet kelliem li se niltaqgħu miegħu. Ir-raba' mistieden huwa Dr Jean-Paul De Lucca, il-Kap tad-Dipartiment tal-Filosofija.

  • S01E30 Il-Malti u t-Teatru

    • April 22, 2019
    • TVM

    L-episodju li jmiss se jkun dwar it-teatru bil-Malti. Fost l-oħrajn se tkellimna Simone Spiteri, kittieba, attriċi, u direttriċi li spiss taħdem mal-kumpanija Dù Theatre. It-teatru jaqdi funzjoni importanti ħafna fil-komunità, mhux biss fuq livell artistiku imma anke sabiex jittratta temi politiċi u soċjali. Kelliem ieħor, did-darba mid-Dipartiment tal-Istudji Teatrali, huwa Marco Galea, espert tal-istorja tat-teatru f'Malta. It-tim ta' Ilsienna ltaqa' wkoll ma' Martin Gauci, id-direttur ta' Dwal Godda, kumpanija teatrali. Martin tkellem magħna dwar it-teatru tal-komunità. Mistieden ieħor huwa Sean Buhagiar, id-Direttur Artistiku ta' Teatru Malta.

  • S01E31 Il-Letteratura tat-Tfal

    • April 29, 2019
    • TVM

    Fl-episodju li jmiss se nħarsu lejn il-letteratura tat-tfal; fost il-mistiedna se jkollna lil Noel Tanti, kittieb u librar. Minkejja li lsienna għadu fiż-żgħożija tiegħu, xorta waħda għandna biex inkunu kburin bil-pubblikazzjonijiet għat-tfal. F'dan l-episodju nħarsu lejn il-kitba għat-tfal mill-aspett storiku sal-prattika nfisha tal-kitba. Ma nistgħux nitkellmu fuq il-letteratura tat-tfal mingħajr ma nsemmu lil Trevor Zahra! L-aħħar mistieden huwa Chris Gruppetta, pubblikatur.

  • S01E32 Kittieba Nisa Maltin

    • May 6, 2019
    • TVM

    L-episodju li jmiss se jkun dwar kittieba nisa Maltin. Fost l-oħrajn se nintervistaw lil Therese Pace, rebbieħa tal-Konkors Nazzjonali tal-Poeżija. Poetessa oħra li se nintervistaw hija Nadia Mifsud Mutschler; minbarra kotba ta' poeżija, Nadia ppubblikat ukoll il-proża mal-Merlin Publishers u f'Leħen il-Malti, ir-rivista tal-Għaqda tal-Malti. Marlene Saliba tispira ruħa mill-wirt naturali u storiku tagħna, kif tixhed ġabra ta' poeżiji minn tagħha ispirata mill-arkeoloġija. Se niltaqgħu wkoll ma' Rita Saliba, awtriċi magħrufa kemm maż-żgħar kif ukoll mal-kbar.

  • S01E33 Il-Malti u t-Teatrin

    • May 13, 2019
    • TVM

    Fl-episodju li jmiss se nħarsu lejn it-teatrin bil-Malti; fost l-oħrajn se niltaqgħu ma' Marco Galea, li rriċerka l-istorja tat-teatru f'pajjiżna. Mistieden ieħor għall-episodju li jmiss huwa Matteo Pullicino, li wkoll irriċerka l-istorja tat-teatrin. Ninu Borg se jġib miegħu l-esperjenza personali tiegħu billi se jitkellem mill-perspettiva ta' kittieb tad-drama. Awguri lill-ommijiet kollha! F'dan il-jum speċjali, ma nistgħux ma naqsmux magħkom il-poeżija 'Lil Ommi' ta' Rużar Briffa! Fl-aħħar nett ma setax jonqos li nintervistaw lil Sean Buhagiar, id-Direttur Artistiku ta' Teatru Malta.

  • S01E34 Il-Malti u l-Komunità Queer

    • May 20, 2019
    • TVM

    Ħejjejnielkom episodju ieħor dwar il-lingwa u l-inklużjoni, din id-darba b'rabta mal-komunità queer. Fost il-mistiedna hemm Tyrone Grima, kittieb u fundatur ta' Drachma Malta. Gabi Calleja, attivista magħrufa sew fil-qasam tad-drittijiet LGBTIQ, se taqsam magħna xi ħsibijiet dwar l-użu tal-lingwa u r-rappreżentazzjoni tal-karattri f'xogħlijiet letterarji b'rabta m'ilsienna. L-aħħar mistieden huwa Romario Sciberras, student tad-Dipartiment tal-Malti fl-Università ta' Malta li kien fuq id-Dean's List u li qed jikteb teżi dwar il-letteratura u l-komunità queer.

  • S01E35 Il-Kittieba Għawdxin

    • May 27, 2019
    • TVM

    Il-gżira oħt tat kontribut kbir fl-iżvilupp ta’ lsienna, fost l-oħrajn grazzi għal kittieba u riċerkaturi bħal Ġan Franġisk Agius de Soldanis, Ġorġ Pisani, Mary Meilak, u Anton Buttigieg, li qeda wkoll fl-irwol ta’ President. Se nħarsu lejn il-kontribut li kittieba Għawdxin taw lill-Malti. Se nlaqqgħukom ma' xi kittieba Għawdxin. Fost il-mistiedna se jkollna lill-Kavallier Joe M. Cassar. Anabelle Portelli hija kittieba żagħżugħa mill-gżira oħt; hi wkoll iltaqgħet magħna sabiex tiddiskuti s-sengħa tal-kitba. Charles Daniel Saliba huwa wiċċ familjari fost il-kittieba u l-edukaturi tal-Malti f'pajjiżna. It-tim ta' Ilsienna ltaqa' miegħu sabiex jiddiskuti aspetti tal-kitba mill-gżira oħra. Elena Cardona hija kittieba żagħżugħa u l-kordinaturiċi ta' Inizjamed għal Għawdex. Iltqajna u tkellimna ma' Elena dwar kitbietha u dwar x'attivitajiet letterarji jittellgħu fil-gżira oħt. L-aħħar mistieden huwa Charles Bezzina, magħruf l-aktar għall-poeżiji tiegħu b'rabta mal-metafora tal-baħar.

  • S01E36 It-Traduzzjoni Letterarja

    • June 3, 2019
    • TVM

    Il-kitbiet ta’ awturi kbar bħal Victor Hugo, Albert Camus, jew Dante, spiss jaslulna permezz tat-traduzzjoni. Nerġgħu ndawru ħarsitna lejn it-traduzzjoni, bid-differenza li se niffukaw fuq it-traduzzjoni letterarja. Fost il-mistiedna tagħna se jkollna lil Claudine Borg, lekċerer tat-traduzzjoni. Chris Gruppetta, pubblikatur, se jaqsam magħna perspettivi kummerċjali marbuta mal-produzzjoni ta' traduzzjonijiet letterarji. Nadia Mifsud Mutschler hija poetessa u traduttriċi Maltija li tgħix Franza. Taqsam magħna l-esperjenzi tagħha hija u tittraduċi. L-aħħar mistieden tagħna huwa Charles Briffa, lekċerer tat-traduzzjoni fl-Università ta' Malta.

  • S01E37 Il-Malti u l-Hip Hop

    • June 10, 2019
    • TVM

    F’din is-sensiela diġà ħarisna lejn tipi differenti ta’ mużika, mill-għana u l-mużika popolari għal dik alternattiva. Fl-episodju li jmiss se nduru lejn stil ieħor ta’ mużika, dak tal-hip hop! F'din is-sensiela għaddejna mill-mużika popolari għall-għana u dik alternattiva. Issa jmiss il-hip hop bil-Malti, u fost il-mistiedna tagħna se jkollna lil Claude Agius, magħruf aħjar bħala Il-Lapes. Ma jistax jonqos li f'episodju dwar il-hip hop bi lsienna ma nistednux lill-Hooli (Johnston Farrugia), rapper Malti. Rachelle Deguara (REA) hija mistiedna oħra li se tkellimna dwar l-esperjenza tagħha bħala kittieba u kantanta tal-hip hop bil-Malti. Ir-raba' mistieden huwa Joseph Kapitlu ta' Kapitlu Tlettax.

  • S01E38 Il-Malti u l-Folklor

    • June 17, 2019
    • TVM

    Yanika Schembri Fava se tkellimna dwar il-Malti u l-folklor. Yanika tgħin qatigħ fit-tlugħ tal-attivitajiet ta' It-Tradizzjoni Orali, inizjattiva tad- Dipartiment tal-Malti fl-Università ta' Malta. Kelliema oħra hija Marlene Mifsud Chircop, folklorista li ilha tirriċerka t-tradizzjoni orali f'pajjiżna għal snin twal ħafna. Steve Borg huwa etnografu u kittieb li rriċerka qatigħ id-drawwiet u l-għajdut tal-Maltin. Huwa wkoll se jkun qed jaqsam magħna xi riflessjonijiet dwar ilsienna u l-folklor. Għal bosta snin ilsienna serva sabiex il-folklor ta’ pajjiżna jgħaddi minn ġenerazzjoni għal oħra, fost l-oħrajn permezz ta’ qwiel, idjomi, taqbiliet, u ħrejjef. Guzi Gatt huwa l-aħħar mistieden għal dan l-episodju.

  • S01E39 Il-Poeżija Maltija

    • June 24, 2019
    • TVM

    L-episodju li jmiss se jkun speċjali mhux biss għax huwa l-aħħar episodju ta' dis-sensiela, imma wkoll għax se nxandru intervista mal-poeta Mario Azzopardi, li kkontribwixxa qatigħ lill-poeżija Maltija. Il-Prof. Bernard Micallef huwa raġuni oħra għala l-episodju li jmiss huwa speċjali; l-intervista li se nxandru ma' Micallef hi waħda mill-aħħar intervisti miegħu bħala Kap tad-Dipartiment tal-Malti fl-Università ta' Malta. Claudia Gauci hija poetessa kontemporanja li tappartjeni għall-ġenerazzjoni l-ġdida ta' poeti. Claudia se taqsam magħna l-esperjenzi tagħha fix-xena kreattiva lokali. Ma stajniex ma nintervistawx ukoll lill-Prof. Oliver Friggieri, ġgant tal-letteratura lokali, kemm bħala kritiku kif ukoll bħala kittieb. Infakkrukom li l-episodju t'għada se jkun dwar il-poeżija Maltija. L-aħħar mistieden huwa Joseph Mizzi, id-direttur tad-dar tal-pubblikazzjonijiet Klabb Kotba Maltin.

Season 2

  • S02E01 Is-Superstizzjoni | Qari lit-Trabi | No Bling Show | Il-Fantasija bil-Malti | Kliem Malti Qadim

    • October 1, 2019
    • TVM

    Dr Olvin Vella, lekċerer u riċerkatur fi ħdan id-Dipartiment tal-Malti, L-Università ta' Malta, se jkellimna dwar kliem Malti qadim misjub mill-istoriku Godfrey Wettinger. Niltaqgħu wkoll ma' Jon Mallia f'rokna dwar in-No Bling Show. Fl-istess rokna se jkollna kumment kritiku mingħand Toni Sant. John Bonello huwa magħruf l-aktar għall-kotba tal-fantasija u għalhekk kien xieraq li nistiednu lilu sabiex jitkellem dwar dan il-ġeneru! Fost il-kotba li kiteb John Bonello hemm it-triloġija 'Il-Logħba tal-Allat.' Yanika Schembri Fava hija riċerkatriċi bravissima fil-qasam ta' It-Tradizzjoni Orali, L-Università ta' Malta, u se tkellimna dwar it-taqbiliet, it-talb, u s-superstizzjoni! It-tim ta' Ilsienna ltaqa' ma' Marouska Farrugia sabiex tispjegalna aħjar kif jitqassmu s-sessjonijiet ta' qari għat-trabi organizzati minn L-Aġenzija Nazzjonali tal-Litteriżmu u x'riżorsi jeżistu.

  • S02E02 Il-Lingwa tal-Futbol | X'inhuma l-Idjomi? | L-Ambaxxaturi tal-Qari | L-Ewwel Drammi bil-Malti | Il-Futbol għat-Tfal

    • October 8, 2019
    • TVM

    Keith Demicoli jinża' ż-żarbun ta' ġurnalist u jilbes dak ta' ambaxxatur tal-qari, billi se jkellimna dwar l-esperjenza tiegħu bħala promotur tal-qari flimkien ma' L-Aġenzija Nazzjonali tal-Litteriżmu. Dawk minnkom li huma midħla tal-ġurnaliżmu sportiv għandhom imnejn li lil Keith Attard diġà jafuh, billi Keith kiteb teżi (eventwalment ippubblikata f'dizzjunarju) dwar it-termini użati fid-dinja tal-futbol. Keith Attard huwa l-awtur ta' Ballun Pinġut, issa fit-tieni edizzjoni tiegħu. Keith se jkellimna dwar it-terminoloġija speċjalizzata użata fid-dinja tal-isports. Niltaqgħu wkoll ma' Yanika Schembri Fava u l-Prof. Manwel Mifsud, li se jagħtuna tagħrif interessanti u mżewwaq b'eżempji dwar l-idjomi ta' lsienna. Mark Camilleri se jkellimna dwar l-esperjenza tiegħu huwa u jikteb l-istorja tal-futbol Malti għal udjenzi żgħar. Minbarra l-futbol, il-qari, u l-idjomi, se mmissu wkoll mad-dinja tat-teatru, b'intervista ma' Marco Galea dwar l-ewwel drammi bi lsienna.

  • S02E03 Kif Tissettja Ktieb? | X'inhuma d-Deċiżjonijiet 1? | It-Temp fil-Qwiel u l-Idjomi | Riżorsi għas-Snin Bikrin | Il-Paġni Letterarji tal-Ġurnali

    • October 15, 2019
    • TVM

    Omar Seguna, editur ta' paġna letterarja, se jitkellem dwar l-importanza kulturali tal-paġni letterarji tal-gazzetti. Għal darb'oħra, Yanika Schembri Fava u l-Prof. Manwel Mifsud se jkunu fost il-mistiedna tagħna, din id-darba sabiex jagħtuna dewqa ta' xi qwiel u idjomi marbuta mat-temp. Marianne Schembri hija edukatriċi li taħdem fis-snin bikrin. Hija se tkellimna dwar bosta riżorsi li fasslet u li tuża mal-istudenti tagħha, bħal-leħħiet u l-kotba l-kbar. Waħda mir-rokniet qed tinġieb lilkom minn ġo dar tal-pubblikazzjoni. Pierre Portelli, il-mistieden tagħna għal din ir-rokna, se jagħtina ħjiel tax-xogħol li jsir minn wara l-kwinti. L-aħħar żewġ mistiedna huma Dr George Farrugia u Thomas Pace, li se jidħlu fid-dettall dwar l-ewwel sett ta' deċiżjonijiet tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ilsien Malti. Dan il-filmat huwa l-ewwel wieħed minn tlieta li jkopru l-aġġornamenti meħtieġa fir-regoli tal-ortografija.

  • S02E04 L-Illustrazzjonijiet ta' Trevor Żahra | Min hu l-Ispettur Gallo? | X'inhuma d-Deċiżjonijiet 2? | X'inhuma l-Qwiel? | L-Għoġol tad-Deheb

    • October 22, 2019
    • TVM

    Se niltaqgħu mal-Ispettur Victor Gallo, u ma' Mark Camilleri, l-awtur li ħoloq lill-Ispettur. F'rokna oħra minn serje ta' tlieta, Ilsienna qiegħed jistħarreġ id-Deċiżjonijiet ta' Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ilsien Malti, grazzi lil Dr George Farrugia u Thomas Pace. Bosta tfal u żgħażagħ jafu lil Ruth Frendo bħala l-awtriċi tas-sensiela L-Għoġol tad-Deheb, li ġie addattat f'film u f'app. Lil Trevor Zahra kulħadd jafu bħala kittieb, iżda fl-episodju li jmiss se niltaqgħu miegħu f'kapaċità oħra. Fost l-oħrajn se jkellimna dwar l-illustrazzjonijiet fi Tqasqis. Wara li l-Prof. Manwel Mifsud u Yanika Schembri Fava kellmuna dwar l-idjomi, issa jmiss li jagħtuna ftit tagħrif dwar il-qwiel.

  • S02E05 Aqra Kemm Tiflaħ | Il-Premju Nazzjoni tal-Ktieb | L-Istorja tal-Pubblikazzjoni | Kif Nikteb 4, 7, 9? | Ċensa l-Mewt

    • October 29, 2019
    • TVM

    Meta nsemmu l-mudelli, moħħna spiss imur għad-dinja tal-moda! Imm'hawn mhux fuq DAWK il-mudelli se nkellmukom, imma fuq il-mudelli li nużaw għal kliem li fih l-ittra Għ! Bħal-lum ġimgħa nfakkru l-Għid tal-Erwieħ u nagħtu bidu għax-xahar tal-mejtin, għalhekk, ħsibna sabiex fl-episodju li jmiss nagħtu ħarsa lejn id-drawwiet marbuta mal-mewt flimkien ma' Yanika Schembri Fava u Marlene Mifsud Chircop. Niltaqgħu ma' Marouska Falzon Cutajar minn L-Aġenzija Nazzjonali tal-Litteriżmu, li se tkellimna dwar 'Aqra kemm tiflaħ,' programm ta' qari fl-iskejjel. Il-pubblikazzjoni bil-Malti għandha storja qasira iżda interessanti. It-tim tagħan ltaqa' mal-Prof. William Zammit u ma' Joseph Mizzi, pubblikatur, sabiex isir jaf aktar dwar din l-istorja rikka. Niltaqgħu wkoll ma' Mark Camilleri minn Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb, li se jkellimna dwar il-Premju Nazzjonali tal-Ktieb.

  • S02E06 Ħares, X'Biża'! | Jum Dun Karm Psaila | Il-Lirika minn Idejn Djun | Il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb | Kif Nuża Dizzjunarju?

    • November 5, 2019
    • TVM

    F'waħda mir-rokniet fl-episodju li jmiss se nħarsu propju lejn l-użu korrett tad-dizzjunarji! Ħajr lil Dwayne Ellul tal-pariri siewja tiegħu. Se niltaqgħu ma' Mark Camilleri, il-President tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb. Miegħu tkellimna dwar l-edizzjoni li jmiss tal-Malta Book Festival 2019. Iltqajna wkoll ma' Carlston Grima, li għarrafna bl-attivitajiet li ttellgħu f'Jum Dun Karm. Se niltaqgħu wkoll ma' Charles Cassar, mill-band Djun, u ma' Toni Sant, li se jgħaddilna kumment kritiku dwar din il-band! Niltaqgħu wkoll ma' Stephan D. Mifsud, riċerkatur u kittieb li se jitkellem dwar it-tradizzjoni orali u l-iħirsa!

  • S02E07 Il-Punti tal-Punteġġjatura | Ħlejjaq Fantastiċi Maltin | L-Ambaxxaturi tal-Qari: Corazón Mizzi | Klassiċi tat-Teatru Modern bil-Malti | Il-Kantilena

    • November 12, 2019
    • TVM

    Se nħarsu lejn it-traduzzjoni ta' drammi klassiċi għall-Malti, fosthom ta' Harold Pinter u Eugene Ionesco. Il-kantawtriċi magħrufa Corazón Mizzi hija wkoll ambaxxatriċi tal-qari. It-tim ta' Ilsienna tkellem magħha dwar dan l-irwol u dwar l-importanza tal-qari sa minn età żgħira. Stephan D. Mifsud irriċerka l-qasam tat-tradizzjoni orali dwar il-ħlejjaq fantastiċi u għaddielna xi tagħrif interessanti(ssimu) dwaru! Il-Prof. Bernard Micallef u Manwel Mifsud se jħarsu lejn il-Kantilena ta' Pietru Caxaro minn żewġ perspettivi differenti ħafna, il-lingwistika storika u l-kritika letterarja, sabiex jagħtuna stampa kemm jista' jkun ċara ta' dan ix-xogħol ewlieni.

  • S02E08 X'inhi Ħrafa? | It-Traduzzjoni tal-Ħrejjef | Ħrejjef Animati | Kif Nikteb 'Żgħażagħ' u 'Sehem'? | Logħob bil-Kliem u bl-Istampi

    • November 19, 2019
    • TVM

    Inħarsu b'mod partikulari lejn il-ħrejjef. Tkellimna ma' Jolene Spiteri Colombo, li rriċerkat propju dan il-qasam fi ħdan id-Dipartiment tal-Malti tal-Università ta' Malta. Niltaqgħu wkoll ma' Immanuel Mifsud, li qed jaħdem fuq sensiela ta' ħrejjef Ewropej miktuba bil-Malti. It-tim ta' Ilsienna ltaqa' wkoll ma' Daniel Cini, maniġer mal-Aġenzija Nazzjonali tal-Litteriżmu. Daniel tkellem magħna dwar sensiela ta' ħrejjef animati għat-tfal. Mistieden speċjali ieħor għall-episodju tal-lejla huwa Julian Mallia, magħruf aħjar bħala Julinu. Julinu tkellem magħna dwar il-logħob bil-kliem u l-illustrazzjoni!

  • S02E09 Id-Disinn ta' Qoxra ta' Ktieb | Il-Poeżija tal-Arkeoloġija | Il-Varjanti Fonetiċi | Il-Mitoloġija bil-Malti | Riżorsi Stampati bil-Malti

    • November 26, 2019
    • TVM

    X'relazzjoni hemm bejn il-kitba u d-disinn tal-qoxra? Tkellimna ma' Julian Mallia, magħruf aħjar bħala Julinu, dwar il-qxur tal-kotba li ddisinja. PROSIT jew PROSET? Dan huwa eżempju wieħed biss minn bosta varjanti fonetiċi. Imma x'inhuma sewwasew il-varjanti fonetiċi? U kif nistgħu niktbuhom? Għal aktar tagħrif dwarhom sewgu 'l Ancel Cefai u 'l Dr George Farrugia. Iltqajna wkoll ma' Chris Gruppetta dwar riżorsi stampati użati fil-klassijiet. Riżorsi maħduma bi kreattività kbira! Niltaqgħu wkoll ma' Marlene Saliba, li se tkellimna dwar il-poeżija tal-arkeoloġija!

  • S02E10 Il-Kartuns bil-Malti: Emme | Il-Lirika Poetika ta' Corazón | Id-Denfil | L-Użu tal-Malti fuq Facebook | X'inhi Leġġenda?

    • December 3, 2019
    • TVM

    Clare Azzopardi u Matthew Stroud tkellmu mat-tim ta' Ilsienna dwar il-produzzjoni ta' kartuns bil-Malti. Il-Prof. William Zammit u l-awtur u illustratur Trevor Zahra se jaqsmu magħna xi ħsibijiet dwar il-pubblikazzjoni Id-Denfil, sinonima man-nostalġija! Ġużi Gatt u Yanika Schembri Fava jaqsmu magħna xi ħsibijiet dwar ir-rakkont tal-leġġendi. Dylan Pullicino u Kirsty Ebejer irriċerkaw l-użu ta' Ilsienna fuq Facebook. Niltaqgħu ma' Corazon Mizzi, li se tkellimna dwar is-sengħa tal-kantawtriċi.

  • S02E11 Il-Pepè | Iċ-Ċentri tar-Riżorsi tal-Litteriżmu | Il-Malti u l-Jazz | Il-Kitba għaż-Żgħażagħ | Kliem ta' Nisel Ingliż jew Taljan

    • December 10, 2019
    • TVM

    X'tinvolvi l-kitba għaż-żgħażagħ? Xi sfidi, u x'sodisfazzjon, toffri lill-awturi li jidħlulha? Antoinette Borg se tmiss ma' dawn il-mistoqsijiet! Se nħarsu lejn il-Malti u l-jazz, speċjalment lejn l-adattament ta' poeżiji romantiċi (u wħud li mhumiex) għan-noti. Il-mistieden tagħna se jkun Dominic Galea. Il-pepè huwa waħda mir-realtajiet fit-tradizzjoni mitkellma tagħna li qajla nitkellmu dwarha minn perspettiva serja. Għaldaqstant, ġbarna l-kameras tagħna u żorna lill-Prof. Albert Borg, sabiex nagħtu ħarsa lejn din ir-realtà minn lenti lingwistika. Minbarra r-realtà tal-pepè, se nħarsu wkoll lejn kliem ta' nisel Ingliż u Taljan, u lejn kif dan qagħad għal Ilsienna. Ħajr lil Olvin Vella. L-Aġenzija Nazzjonali tal-Litteriżmu għandha ċentri tar-riżorsi għall-edukaturi. It-tim tagħna tkellem ma' Mark Camilleri dwar dawn iċ-ċentri.

  • S02E12 Il-Lingwa tal-Isnuker | Ġaħan | L-Ispellitona | Il-Pantomima bil-Malti | Leħen il-Malti

    • December 17, 2019
    • TVM

    Romario Sciberras, il-President tal-Għaqda tal-Malti, se jitkellem dwar Leħen il-Malti, ir-rivista uffiċjali tal-Għaqda. Se nerġgħu nżuru lil Marlene Mifsud Chircop, din id-darba sabiex insiru nafu aktar dwar Ġaħan, karattru ambigwu li jilgħab bejn il-makakkerija u l-injoranza. Keith Attard ikellimna dwar il-lingwa tal-isnuker. Xi tkun spellitona? Tkellimna ma' Dr Kenneth Grima dwar din l-attività ħelwa li bil-mod il-mod qed trabbi l-għeruq fl-iskejjel.

  • S02E13 Xogħlijiet Polizjeski Maltin | Kelm'Oħra għal Teżawru? | Kanzunetti Maltin għall-Istrina | Il-Klassi fid-Dinja Diġitali | It-Teleserje bil-Malti

    • December 24, 2019
    • TVM

    Se niltaqgħu ma' Mark Camilleri li se jkellimna dwar ix-xogħlijiet polizjeski bi lsienna. Omar Seguna se jiddiskuti l-użu tat-teknoloġija fil-klassi. Niltaqgħu wkoll ma' Rachel Vella, eks studenta tad-Dipartiment tal-Malti tal-Università ta' Malta li rriċerkat it-teledrammi. Dwayne Ellul se jagħti ħarsa lit-teżawru. Se niltaqgħu ma' Vince Fabri, li se jkellimna dwar il-kanzunetti tal-Istrina!

  • S02E14 Il-Mużika Klassika bil-Malti | Louis Briffa: Bil-Varloppa u bil-Boqxiex | Il-Ġens Grammatikali | Logħob Tradizzjonali Malti | Il-Politika Lingwistika għas-Snin Bikrin

    • January 7, 2020
    • TVM

    Ħajr lil Dr Lara Ann Vella, li tkellmet ma' Ilsienna dwar il-politika lingwistika għas-snin bikrin. Tkellimna ma' Alex Vella Gregory dwar it-tlaqqigħ tal-mużika klassika mal-Malti. Se niltaqgħu wkoll ma' Louis Briffa, poeta u awtur ta' 'Bil-Varloppa' u 'Bil-Boqxiex.' F'rokna oħra dwar il-folklor, se nħarsu lejn il-logħob tradizzjonali Malti u t-taqbiliet li jmorru miegħu! Grazzi lil Yanika Schembri Fava u lil Marlene Mifsud Chircop. Dr George Farrugia se jkellimna dwar il-ġens grammatikali, jiġifieri l-maskil u l-femminil.

  • S02E15 Il-Bank tar-Riżorsi | Ċikku l-Poplu | Is-Satira bil-Malti | Kliem Pulit għal Kliem Baxx | Il-Kuluri tal-Idjomi

    • January 14, 2020
    • TVM

    Se nitkellmu mal-awtur u attivist Wayne Flask dwar is-satira, speċjalment dik miktuba. Kelmiet puliti għal kliem baxx jissejħu ewfemiżmi ... is-suġġett tar-rokna li jmiss dwar il-lingwa! Se niltaqgħu ma' Paul Gatt u Josette Baldacchino, żewġ għalliema tar-riżorsi li se jkellmuna dwar il-bank tar-riżorsi tal-Malti. Minkejja l-imqarbezza ovvja tiegħu, Ċikku l-Poplu għandu ħabta jaqbad temi serji. Tkellimna ma' Alex Vella Gregory dwar din l-act u l-proċess ta' kitba ta' warajha. Ir-rokna dwar il-lingwa hija waħda mill-aktar rokniet imlewna li qatt kellna, u bir-raġun, għax hija rokna dwar l-ilwien!

  • S02E16 Il-Ħrejjef ta' Manwel Magri | Il-Ħiliet fit-Tagħlim tal-Malti | Il-Metal bil-Malti | Min hu Castillo? | Is-Soċjolingwistika

    • January 21, 2020
    • TVM

    Mill-kitba kreattiva ta' Clare Azzopardi u l-mużika ta' Marton Saħħar Saliba, sal-ħrejjef ta' Manwel Magri (ma' Jolene Spiteri Colombo), it-tagħlim tal-ħiliet ta' lingwa (ma' Carlston Grima), u s-soċjolingwistika ma' Albert Borg.

  • S02E17 Dizzjunarji Maltin | Bid-Daqq tat-Trombi | Xalati ta' Kitba | Il-Kitba għat-Teatru | Min hu Achille Mizzi?

    • January 28, 2020
    • TVM

    X'ħiliet titlob il-kitba għat-teatru? Tkellimna mal-kittieb u d-direttur Simon Bartolo sabiex nitkixxfu aktar dwar din is-sengħa. It-tim tagħna ltaqa' mas-Sinjura Erika Borg Medati u tkellem magħha dwar ix-Xalati ta' Kitba, attivitajiet ta' kull xahar organizzati minn L-Aġenzija Nazzjonali tal-Litteriżmu. It-tim ta' Ilsienna ltaqa' wkoll ma' Mark Sciberras, li rriċerka l-kliem marbut mal-baned u li se jaqsam magħna wħud mill-konklużjonijiet tat-teżi tiegħu. Dr Olvin Vella u Dwayne Ellul jirnexxielhom jagħtu sommarju tajjeb ħafna tad-dizzjunarji tal-bieraħ u tal-lum. Għal din ir-rokna biss, worth it issegwu l-episodju li jmiss! L-aħħar mistieden huwa l-Prof. Bernard Micallef, li se jkellimna dwar il-poeżija ta' Achille Mizzi.

  • S02E18 Min hi Simone Galea? | Termini Mediċi Popolari | Il-Ħxejjex u s-Superstizzjoni | Is-Sillabi tal-Malti | Il-Films tal-Poeżija

    • February 4, 2020
    • TVM

    It-tim tagħna tkellem ma' George Mifsud dwar is-sillabu fit-tagħlim ta' lsienna. Se nerġgħu nlaqqgħukom ma' Stephan D. Mifsud sabiex insiru nafu aktar dwar il-ħxejjex u s-superstizzjoni! Iltqajna mal-Prof. Adrian Grima u Ken Scicluna sabiex insiru nafu aktar dwar il-ġeneru tal-films tal-poeżija. Niltaqgħu mal-kittieba Simone Galea, l-awtriċi ta' ktieb tat-tfal u pubblikazzjoni ta' poeżiji. Darrel Pace kellimna dwar it-teżi tiegħu - teżi li fiha rriċerka termini mediċi popolari.

  • S02E19 Traduzzjoni jew Adattament? | Poeżiji ta' Mħabba | Kliem Ħelu Manna | Bejn Bnedmin u Mostri | Aqra Miegħi

    • February 11, 2020
    • TVM

    Franciana Cassar Spagnol se tagħtina dewqa tar-reġistru tal-ħelu. Traduzzjoni jew adattament? Se nħarsu lejn perspettivi differenti dwar it-traduzzjoni. Fir-rokna tal-edukazzjoni se niltaqgħu ma' Miriam Schembri, mill-programm Aqra Miegħi / Read with Me. Se nerġgħu nlaqqgħukom ma' Stephan D. Mifsud, l-awtur ta' 'The Maltese Bestiary,' din id-darba sabiex ikellimna dwar ħlejjaq li huma nofs bnedmin, nofs mostri.

  • S02E20 In-Numri bil-Malti | Ir-Relazzjonijiet fil-Fares | Min kien Kelinu Vella Haber? | Minn Rasek sa Saqajk: L-Ilbies bl-Għawdxi | L-Ismijiet tal-Widien

    • February 18, 2020
    • TVM

    Se nħarsu lejn ir-relazzjonijiet f'ġeneru partikulari ta' teatru - il-farsa! Paul P. Borg se jaqsam magħna xi tagħrif dwar Kelinu Vella Haber u s-sehem li kellu fit-tisħiħ tal-ilsien Malti. Se nwasslulkom tagħrif dwar app Maltija b'taħriġiet u b'logħob marbuta man-numri bi lsienna! Il-kliem li nużaw għall-ilbies, kif ivarja minn età għal oħra u min-nisa għall-irġiel? U bejn Malta u Għawdex x'differenzi nosservaw? It-tim tagħna ltaqa' ma' Mary Spiteri sabiex jistħarreġ aktar dan ir-reġistru! L-aħħar rokna se tkun ma' Simon Salafia, li rriċerka bosta ismijiet ta' widien Maltin.

  • S02E21 It-Tradizzjoni Orali fl-Università ta' Malta | Attivitajiet Edukattivi bil-Malti: Bormla | X'inhu Kantawtur? | Ħelsien ta' Ġużè Bonniċi | I jew IE?

    • February 25, 2020
    • TVM

    Din id-darba se nitkellmu ma' Vince Fabri dwar is-sengħa tal-kantawtur, jiġifieri meta s-sengħa tal-kantant tingħaqad ma' dik tal-awtur! Spiss nitħawdu bejn l-I u l-IE. Permezz tar-rokna tal-grammatika li jmiss, qed nittamaw li ngħinukom xi ftit sabiex tiktbuhom aħjar! Yanika Schembri Fava qed tagħmel xogħol siewi ħafna mad-Dipartiment tal-Malti tal-Università ta' Malta, speċjalment fil-qasam ta' It-Tradizzjoni Orali. Tkellimna magħha dwar il-ħidma li għaddejja mill-Università b'risq dokumentazzjoni aħjar tal-Malti mitkellem. Adrian Grima se jkellimna dwar Ġużè Bonnici: kittieb, attivist u kofundatur tal-Għaqda tal-Malti. Fis-sezzjoni fuq l-edukazzjoni se nħarsu lejn l-attivitajiet li jittellgħu b'rabta mal-Malti fl-iskola medja ta' Bormla. Bħala mistiedna kellna lil Josienne Farrugia, Kap tad-Dipartiment tal-Malti. Se jkollna mistiedna speċjali: l-istudenti ta' Bormla! Araw x'qalulna dwar l-attivitajiet li jkollhom b'rabta ma' lsienna!

  • S02E22 Baħar Jaqsam: Kliem Djalettali Għawdxi | Il-Lingwaġġ taż-Żgħażagħ | Brillantini tal-Kitba | Kittieba Għawdxin tat-Teatru | Min kien Carmel Attard?

    • March 3, 2020
    • TVM

    Se naqsmu l-fliegu lejn Għawdex, b'rokna dwar id-differenzi lessikali bejn il-Malti u l-Għawdxi. Min huma l-brillantini tal-kitba? It-tim tagħna tkellem ma' David Muscat dwar inizjattivi edukattivi għat-tfal u ż-żgħażagħ li jispikkaw fil-kitba kreattiva. Min huwa l-kittieba Għawdxin tat-Teatru? It-tim tagħna ltaqa' mal-Kav. Joe M. Attard sabiex isir jaf aktar dwar ġganti bħal Ġużè Aquilina, Ġorġ Pisani, u Ninu Cremona. Karl Scicluna qasam magħna xi spunti mir-riċerka tiegħu dwar il-lingwaġġ għaż-żgħażagħ. Min kien Carmel Attard? Iltqajna ma' Paul P. Borg sabiex inġibulkom aktar tagħrif dwar poeta li żgur jistħoqqlu rikonoxximent akbar.

  • S02E23 Il-Moviment Qawmien Letterarju | Id-Dizzjunarju Elettroniku Online | Id-Dinja ta' Taħt | Inħaddem il-Malti Tajjeb | Min kien Mikiel Anġ Borġ?

    • March 10, 2020
    • TVM

    Jgħidu li taħtna hemm dinj'oħra, fejn fost l-oħrajn tgħammar il-belliegħa. Tkellimna ma' Stephan D. Mifsud dwar id-dinja ta' taħt u dwar l-abitanti tagħha. Qatt smajtu b'Buġibda u b'Bufies? Se ssiru tafu aktar dwar dawn iż-żewġ postijiet misterjużi. Dr Marco Galea se jkellimna dwar Mikelanġ Borg, li ħadem sabiex il-kumpanija teatrali L'Indipendenza timxi minn tlugħ ta' produzzjonijiet b'udjenza ta' ftit għexieren, għal produzzjonijiet ġewwa t-Teatru Manoel u t-Teatru Rjal (Pjazza Teatru Rjal). Nerġgħu niltaqgħu ma' Karl Scicluna, għalliem u qarrej tal-provi, din id-darba sabiex ikellimna dwar il-pubblikazzjoni 'Inħaddem il-Malti Tajjeb.' L-għalliema u bosta studenti żgur jafu għal liema pubblikazzjoni qed nirreferu! Victor Fenech, wieħed mill-poeti l-aktar magħrufa tal-ġenerazzjoni tiegħu, se jgħaddilna xi tagħrif dwar il-Moviment Qawmien Letterarju kif ġarrbu hu. Se jkollna rokna speċjali dwar kif tuża d-dizzjunarju Malti li nsibu fuq l-internet!

  • S02E24 Dun Ġorġ u l-Malti | Il-Letteratura u l-Politika | L-Għadd tan-Nomi | L-Allat tal-Qedem | Nikteb il-Malti Tajjeb

    • March 17, 2020
    • TVM

    Nerġgħu niltaqgħu ma' Karl Scicluna, din id-darba sabiex insiru nafu aktar dwar 'Nikteb il-Malti Tajjeb,' pubblikazzjoni t'għajnuniet prattiċi fil-kitba tal-Malti! Se nħarsu lejn l-għadd tan-nomi, jiġifieri lejn is-singular, l-għadd imtenni, u l-plural, u t-tipi differenti tagħhom! Stephan D. Mifsud se jagħtina tagħrif ġdid dwar l-allat u t-twemmin tal-qedem, u jispjegalna x-xhieda ta' dat-twemmin li waslitilna permezz tal-lingwa. Fost il-ħaddiema tal-Malti l-aktar magħrufa, ma nistgħux ma nsemmux lil Dun Ġorġ Preca, li nqeda kontinwament bi lsienna kemm miktub kif ukoll mitkellem. It-tim tagħna tkellem ma' Anthony Briffa dwar il-kitbiet u l-kliem tal-ewwel qaddis Malti. L-aħħar mistieden huwa Emanuel Psaila, li se jkellimna dwar il-letteratura u l-politika.

  • S02E25 Xi Jkunu l-Kotba l-Kbar? | It-Teatru għat-Tfal | Il-Kitba għaż-Żgħażagħ | Kliem it-Tfal | Mostri Maltin fil-Komiks

    • March 24, 2020
    • TVM

    Tkellimna ma' Antonella Mifsoode, attriċi u direttriċi, dwar it-teatru għat-tfal bil-Malti. Se nlaqqgħukom ma' Dorianne Bartolo u Emanuel Psaila, li se jkellmuna dwar il-lingwaġġ tat-tfal. Se niltaqgħu wkoll ma' Guzi Gatt, kittieb tal-komiks u folklorista, sabiex fost l-oħrajn ikellimna dwar il-Komiks Tas-Sikkina. Il-pubblikatur Joseph Mizzi se jkellimna dwar il-kotba l-kbar, li jintużaw mal-etajiet vera żgħar! Se nduru lura lejn Antoinette Borg, kittieba li se tkellimna dwar il-kitba għaż-żgħażagħ!

  • S02E26 Pawlu Mizzi u l-Leġġendi | Il-Malti fl-Istorja | Il-Films tal-Poeżija | Kotba għal Reluctant Readers | Il-Punti tal-Punteġġjatura

    • March 31, 2020
    • TVM

    Marlon Barbara se jkellimna dwar l-irwol tal-Malti fit-tagħlim tal-istorja! Nerġgħu nlaqqgħukom mal-awtriċi Clare Azzopardi u l-pubblikatur Chris Gruppetta, sabiex jagħtuna tagħrif interessantissimu dwar kotba għal reluctant readers - kotba għal tfal li ma jħobbux il-qari! Tkellimna ma' Joseph Mizzi dwar il-leġġendi li ddokumenta u ppubblika Pawlu Mizzi, missieru. Se nagħtu ħarsa lura lejn il-films tal-poeżija, b'intervisti li ġbidna lil Ken Scicluna u Adrian Grima. Se nerġgħu nagħtu ħarsa lill-punti tal-punteġġjatura.

  • S02E27 Meta Nuża l-Ittri Kapitali? | X'inhuma l-Idjomi? | Lorella u l-Ġenju | Fastidju | Il-Fantasija bil-Malti

    • April 7, 2020
    • TVM

    Tkellimna ma' Nigel Baldacchino l-inizjattiva mużikali: Fastidju. It-tim tagħna tkellem mal-awtriċi Rita Saliba, u żewġ żgħażagħ, dwar dramm li ttella' l-Imġarr u li ġie ppubblikat fi ktieb. Se nerġgħu nduru għat-tradizzjoni orali b'ħarsa lejn l-idjomi, flimkien ma' Yanika Schembri Fava u l-Prof. Manwel Mifsud! Tkellimna mal-kittieb John Bonello dwar il-ġeneru tal-fantasija. Se nħarsu lejn il-kapitalizzazzjoni f'ċirkustanzi differenti permezz tal-animazzjoni.

  • S02E28 It-Teatru fil-Ġimgħa l-Kbira | Ħlejjaq Fantastiċi Maltin | Il-Kartuns bil-Malti: Emme | Il-Malti fi Skejjel Ewropej | Min hu l-Kappillan ta' Tusè Costa?

    • April 14, 2020
    • TVM

    Se nagħtu ħarsa lejn id-drammi li s-soltu jittellgħu fiż-żmien tal-Ġimgħa l-Kbira, grazzi lil Martin Gauci u Dwal Ġodda. Tkellimna ma' Doreen Coleiro, uffiċjal edukattiv tal-Malti, dwar l-iskejjel tal-Unjoni Ewropea u t-tagħlim ta' lsienna barra minn Malta. Se nerġgħu nlaqqgħukom mal-karattru ħelu, Emme, grazzi lil Clare Azzopardi u Matthew Stroud. Stephan D. Mifsud ta' The Maltese Bestiary se jagħtina rendikont qasir ta' ħlejjaq fantastiċi li nsibu fit-tradizzjoni orali ta' pajjiżna. Nerġgħu niltaqgħu ma' Emanuel Psaila, li rriċerka l-politika u l-letteratura lokali. Fl-episodju li jmiss se jagħtina dewqa tal-karattru tal-Kappillan ta' Tusè Costa!

  • S02E29 Francis Ebejer | Min hu Victor Fenech? | Kif Nikteb 4, 7, 9? | Il-Varjanti Fonetiċi | Għanjiet Ħelwin

    • April 21, 2020
    • TVM

    Dejjem pjaċir tagħna li ngħidu kelma ma' Victor Fenech, magħruf kemm għan-novelli, kif ukoll - anzi, aktar u aktar - għall-poeżiji tiegħu! Se nlaqqgħukom ukoll ma' Therese Pace, kittieba li ħadmet fuq serje ta' taqbiliet għat-tfal flimkien ma' L-Aġenzija Nazzjonali tal-Litteriżmu. PROSIT jew PROSET? Dan huwa eżempju wieħed biss minn bosta varjanti fonetiċi. imma x'inhuma sewwasew il-varjanti fonetiċi? U kif nistgħu niktbuhom? Għal aktar tagħrif dwarhom sewgu 'l Ancel Cefai u 'l Dr George Farrugia! Min kien Francis Ebejer 1925 -1993? Marco Galea u Sean Buhagiar se jagħtuna dewqa żgħira tal-kreattività intensa li kellu dan id-drammaturgu u l-influwenza kbira li ħalla fuq il-ġenerazzjonijiet li segwewh! Kif niktbu ERBGĦA, SEBGĦA, DISGĦA? Dan-numri dejjem niktbuhom bl-għajn, jew ġieli jkun hemm drabi meta ma tinkitibx?

  • S02E30 L-Għodda tal-Kitba | L-Għanja tal-Poplu | Qari lit-Trabi | Il-Wikipedija Maltija | L-Għajn

    • April 28, 2020
    • TVM

    Se nlaqqgħukom ma' Erika Borg Medati, li se tkellimna dwar riżorsa għall-kitba maħruġa minn L-Aġenzija Nazzjonali tal-Litteriżmu. Kontu tafu li l-Wikipedia ssibuha wkoll bil-Malti? It-tim tagħna tkellem ma' Toni Sant, li għarrafna dwar il-ħidma volontarja li qed issir fuq din l-enċiklopedija. X'inhi r-relazzjoni bejn is-seħta u l-għajn? It-tim tagħna ltaqa' ma' Yanika Schembri Fava sabiex tagħtina aktar tagħrif dwar l-għajn u l-espressjonijiet relatati magħha. Se niltaqgħu wkoll ma' Manwel Mifsud u Corazon Mizzi li se jaqsmu magħna l-esperjenza u l-ħsibijiet tagħhom dwar L-Għanja Tal-Poplu. Se nerġgħu nduru lejn il-qari lit-trabi, flimkien ma' Marouska Farrugia.

  • S02E31 It-Teleserje bil-Malti | L-Assessjar tat-Tagħlim fil-Primarja | Is-Sagħtar | Il-Poeżija ta' Maria Grech Ganado | Kif Nuża Dizzjunarju?

    • May 5, 2020
    • TVM

    Il-vera kuntenti li fost il-mistiedna se jkollna lil Maria Grech Ganado, għalliema, poetessa, u fuq kollox mara b'qalb kbira! Se nlaqqgħukom ukoll ma' Stephan Borg, uffiċjal edukattiv tal-Malti li se jkellimna dwar l-assessjar tat-tagħlim fil-primarja. Se nerġgħu nżuru t-teleserje bil-Malti, flimkien ma' Rachel Vella! Lestu ruħkom għal throwback ta' veru, għax ir-rivista Sagħtar se tkun waħda mill-protagonisti li se nlaqqgħukom magħha! Se nwasslulkom rokna dwar l-użu tad-dizzjunarju.

  • S02E32 Tajra jew Manuċċa? Id-Djalett Żejtuni | X'inhi Ħrafa? | Bil-Ħila Tagħkom | It-Teatru u ż-Żfin | Alfred Sant - Il-Kittieb

    • May 12, 2020
    • TVM

    Anton Falzon huwa assistent kap li fir-rokna dwar l-edukazzjoni se jkellimna dwar ktieb diġitali interattiv. Kulma jmur, qed naraw aktar produzzjonijiet bil-Malti li jżewġu t-teatru maż-żfin. It-tim tagħna tkellem ma' Sean Buhagiar, id-direttur artistiku ta' Teatru Malta, sabiex jistħarreġ aħjar dan il-fenomenu. Se nerġgħu niltaqgħu ma' Jolene Spiteri Colombo sabiex insiru nafu ħrejjef missirijietna aħjar! Rumanzi, novelli, drammi. Dawn huma l-ġeneri li l-awtur Alfred Sant hu magħruf għalihom. It-tim tagħna tkellem ma' Sant dwar il-lingwa, il-kitba kreattiva, u l-isfidi li din toffrilu. X'jagħżel lid-djalett Żejtuni minn djaletti oħrajn? It-tim tagħna ltaqa' ma' Ruben Farrugia u Emanuel Psaila sabiex insiru nafu dad-djalett aħjar.

  • S02E33 Min hu l-Ispettur Gallo? | Ornamenti u Oġġetti Sagri fil-Knejjes | X'inhuma d-Deċiżjonijiet 2? | L-Għoġol tad-Deheb | Il-Poeżija tal-Kwarantina

    • May 19, 2020
    • TVM

    Niltaqgħu ma' Christian Raggio Vella, li rriċerka l-kliem marbut mal-ornamenti u l-oġġetti sagri fil-knejjes. Kuntenti ħafna ħafna li għaqqadna rokna dwar il-poeżija miktuba f'dan iż-żmien tal-COVID-19! Dwar dan niltaqgħu ma' Trevor Zahra, Simone Inguanez u Adrian Grima. Mark Camilleri, il-kittieb wara l-karattru Victor Gallo, ħabbar aktar kmieni din is-sena li qed jaħdem fuq ir-raba' ktieb dwar dan l-ispettur ċelebri; għalhekk, ħsibtna sabiex nerġgħu nxandru din ir-rokna dwar ir-rumanzi pulizjeski ta' Gallo. Flimkien ma' Yanika Schembri Fava u Manwel Mifsud, se nirrevedu ftit il-qwiel. X'inhuma sewwasew? Kif nagħżluhom minn tlissiniet oħra? Niltaqgħu wkoll ma' Ruth Frendo, il-moħħ wara l-Misteru tal-Għoġol tad-Deheb.

  • S02E34 Minqux fil-Blat | Il-Kitba għat-Tfal | Kif Nikteb 'Żgħażagħ' u 'Sehem'? | Iċ-Ċajt | Kotba Kbar għaż-Żgħar

    • May 26, 2020
    • TVM

    Se nlaqqgħukom ma' Charmaine Bartolo, l-awtriċi ta' kotba kbar għaż-żgħar! Għaliex hemm stejjer li jbikkuna, u oħrajn li jdaħħquna? Trevor Zahra se jiddiskuti ċ-ċajt bil-Malti! F'installazzjoni ta' Victor Agius, ilsienna ma jibqax mitkellem fuq fomm il-Maltin u l-Għawdxin jew mitbugħ fuq il-paġna, imma wkoll skolpit fil-ħaġar. Issiru tafu aktar dwar din l-installazzjoni, fost l-oħrajn b'versi ta' Immanuel Mifsud. Lil Clare Azzopardi ħafna jafuha bħala kittieba għat-tfal u se taqsam magħna l-esperjenza tagħha f'din is-sengħa tant sabiħa! Nagħtu titwila 'l kitba ta' xi kliem bl-għajn u l-akka, bħal "żgħażagħ" u "sehem," u kif dawn nistgħu nġibuhom tajbin permezz tal-mudelli!

  • S02E35 Il-Qari għat-Tfal | Il-Kumpaniji Teatrali Wara l-Indipendenza | Min kien Kelinu Vella Haber? | Kliem Tekniku u Xjentifiku | Il-Laqmijiet

    • June 2, 2020
    • TVM

    Se nwasslulkom rokna b'siltiet minn kotba għat-tfal u ż-żgħażagħ moqrija minn Clare Azzopardi, John Bonello, u Marlene Mifsud Chircop. Se nerġgħu nlaqqgħukom ma' Michael Spagnol, li se jkellimna dwar reġistri speċjalizzati u dwar l-użu ta' kliem tekniku fi lsienna. Se nlaqqgħukom ukoll mal-Prof. Charles Briffa li se jagħtina dewqa tal-varjetà wiesgħa ta' laqmijiet li nsibu f'pajjiżna! Min kienu l-kumpaniji alternattivi ewlenin tat-teatru wara l-Indipendenza ta' pajjiżna? Immanuel Mifsud se jagħtina idea tagħhom. Nerġgħu nżuru 'l Għawdex b'intervista ma' Paul P. Borg dwar Kelinu Vella Haber.

  • S02E36 It-Taħnin | John Portelli: Bejn Malta u l-Kanada | Dawk l-Imberkin Mudelli! | Il-Klassi fid-Dinja Diġitali | Il-Qari għall-Kbar

    • June 9, 2020
    • TVM

    Se nlaqqgħukom ma' John Portelli, kittieb Malti li jgħix il-Kanada. John huwa l-awtur ta' diversi poeżiji, novelli, u rumanzi, u ta' kotba oħra akkademiċi. It-trabi kemm-il darba ma jkunu jridu jorqdu b'xejn! Yanika Schembri Fava se tkellimna dwar it-tradizzjoni antika tat-taħnin, jiġifieri l-għana maħsub sabiex iraqqad lit-trabi. Se nwasslulkom tliet siltiet minn kotba għall-kbar, miktubin minn awturi differenti: Clare Azzopardi, John Portelli u Mark Camilleri. Se nerġgħu nxandru rokna dwar l-għajnuniet diġitali fil-klassi.

  • S02E37 I jew IE | It-Tradizzjoni Orali fl-Istorja Riċenti | Inħaddem il-Malti Tajjeb | Il-Qari tal-Poeżija | Il-Fantaxjenza bil-Malti

    • June 16, 2020
    • TVM

    Se nxandru rokna oħra dwar it-tradizzjoni orali - din id-darba dwar it-tradizzjoni orali riċenti b'interventi minn Yanika Schembri Fava u Adrian Grima! Se nwasslulkom rokna b'qari ta' poeżiji ta' tliet awturi: Simone Galea, Louis Briffa u Victor Fenech. Għandna fantaxjenza bil-Malti? Naraw x'qalilna l-awtur John Bonello! Karl Scicluna jkellimna dwar l-ortografija ta' lsienna u l-pubblikazzjoni "Inħaddem il-Malti Tajjeb." Se nxandru rokna dwar l-i u l-ie.

  • S02E38 360° ma' Josianne Block | Il-Lingwa tal-Festi | Il-Laqmijiet tan-Nies | L-Għadd tan-Nomi | Il-Bilingwiżmu

    • June 23, 2020
    • TVM

    Se nagħtu ħarsa dettaljata lejn il-bilingwiżmu. Fir-rokna dwar il-bilingwiżmu nħarsu lejn tipi ta' kelliema differenti u lejn sitwazzjonijiet lingwistiċi oħra madwar l-Ewropa. Se nlaqqgħukom ma' Josianne Block sabiex tkellimna dwar il-kitba tal-ewwel rumanz tagħha. Se nerġgħu niltaqgħu ma' Christian Raggio Vella, din id-darba sabiex ikellimna dwar il-lingwaġġ marbut mal-armar tal-festi. Wara li l-Prof. Charles Briffa kellimna dwar il-laqmijiet tal-postijiet, issa jmiss li jkellimna dwar il-laqmijiet tan-nies. Se nerġgħu nxandru r-rokna dwar l-għadd tan-nomi.

  • S02E39 L-Għanjiet tal-Festi | Ħrejjef Animati | Il-Logħob tan-Nar | Għajdut Marbut mat-Tempji | Il-Kant u l-Kwarantina

    • June 30, 2020
    • TVM

    Se nħarsu lejn il-kant bil-Malti tul il-kwarantina. Se nibqgħu fuq nota mużikali, din id-darba billi nħarsu lejn l-għanjiet tal-festi flimkien ma' Alex Vella Gregory! Minbarra li nħarsu lejn l-innijiet u l-marċi, se nagħtu wkoll titwila lil-lingwaġġ tal-logħob tan-nar grazzi lil Carlston Grima! Marlene Mifsud Chircop hija l-aħħar mistiedna li se nlaqqgħukom magħha din is-sena. Din id-darba, Marlene se tkellimna dwar l-għajdut marbut mat-tempji!

Season 3

  • S03E01 Taċ-Ċajt! | Il-Kitba għat-Tfal | Il-Kitba tal-Bijografiji | Gramma ta' Leanne Ellul | Tal-Flus!

    • September 28, 2020
    • TVM

    Se nlaqqgħukom mal-awtriċi Leanne Ellul, li se tkellimna dwar ir-rumanz Gramma. Il-bijografu Sergio Grech se jaqsam magħna xi ħsibijiet dwar il-ġeneru tal-bijografiji. Anabelle Warrington hija awtriċi żagħżugħa li tikteb għat-tfal. Se taqsam magħna xi ħsibijiet dwar is-sengħa tal-kitba għaż-żgħar. Thea Farrugia tgħidx kemm hi minn tagħna, u tgħidx kemm tħobb tiċċajta! Infatti, Thea rriċerkat iċ-ċajt bil-Malti. Ħabbiet, soldi, irbiegħi ... ċenteżmi, liri, ewro – Dawn huma wħud mill-kelmiet li nitfgħu lenti fuqhom f'dan l-episodju.

  • S03E02 100 Sena tal-Akkademja tal-Malti | Furnata Ħobż | Il-Libreriji tal-Iskejjel | Aħn'aħna jew m'Aħniex | Il-Malti u l-Arkeoloġija

    • October 5, 2020
    • TVM

    Se nlaqqgħukom mal-librar Noel Tanti, li se jkellimna dwar l-irwol tal-libreriji tal-iskejjel fit-tagħlim tal-Malti. Il-kantawtur Vince Fabri se kellimna dwar 'Aħn'aħna jew m'aħniex,' programm li introduċa ġeneru ġdid fit-televiżjoni bi lsienna: Is-satira! Se jkollna mistiedna speċjali – lil Ann Marie Schembri, l-ewwel presidenta tal-Akkademja tal-Malti. Fost l-oħrajn, Ann Marie se tkellimna dwar kif l-Akkademja se tiċċelebra l-100 sena tagħha. Fir-rokna dwar il-letteratura se nagħtu ħarsa lejn kittieba u testi li jlaqqgħu flimkien l-arkeoloġija u l-kitba kreattiva, b'kummenti mill-arkeologa MariaElena Zammit u l-għalliem Kit Azzopardi. Se nlaqqgħukom ukoll ma' Guzi Gatt, folklorista li se jkellimna dwar is-sengħa tal-ħobż.

  • S03E03 Il-Limerikki | Il-Kanonu Letterarju Malti | L-Illustrazzjoni tal-Kotba | L-Ismijiet tal-Ħxejjex | Ċensinu u Van Gogh

    • October 12, 2020
    • TVM

    Se niltaqgħu ma' Maria Schembri, għalliema tal-Malti li rriċerkat l-ismijiet tal-ħxejjex. Il-poeta Adrian Grima se jingħaqad magħna sabiex ikellimna dwar il-limerikki, u jaqralna xi tnejn ukoll! Se niltaqgħu ma' Matthew Stroud sabiex insiru nafu aktar dwar l-illustrazzjoni ta' kotba bil-Malti għall-qarrejja ż-żgħar. Doris Schembri hija edukatriċi li se tkellimna dwar riżorsa li ħolqot għall-istudenti: ktieb intitolat 'Ċensinu u Van Gogh.' L-aħħar mistieden huwa David Aloisio, lekċerer u riċerkatur tal-Malti, li se jkellimna dwar il-kanonu letterarju u l-istorja tiegħu.

  • S03E04 Il-Kitba Kreattiva | Joe Friggieri - Poeta u Novellier | Aħmar jew Blu? | Il-Maġija fil-Ħrejjef | Kanzunetti bil-Malti għat-Tfal

    • October 19, 2020
    • TVM

    Se nagħtu ħarsa lejn il-kitba kreattiva fil-prattika. Lara Stagno u Ann Marie Camilleri, żewġ riċerkaturi żgħażagħ, se jkellmuna dwar l-analiżi tagħhom ta' diskorsi politiċi importanti. Mary Anne Zammit hija mużiċista u edukatriċi li tikteb kanzunetti għat-tfal. Se nlaqqgħukom magħha sabiex insiru nafu aktar dwar is-sengħa tal-kitba tal-lirika għaż-żgħar. Se nlaqqgħukom ukoll ma' Jolene Spiteri Colombo, riċerkatriċi żagħżugħa li se tkellimna dwar il-maġija fil-ħrejjef ta' niesna. L-aħħar mistieden huwa Joe Friggieri; lil Joe se nitkellmu miegħu dwar il-kitba tal-poeżija u tal-proża.

  • S03E05 Id-Dinja Darna | Menz ta' Francis Ebejer | Min hi Claudia Gauci? | Għaliex Niktbu l-Għajn u l-Akka? | Il-Qwiel u l-Annimali

    • October 26, 2020
    • TVM

    Se niltaqgħu ma' Dr Olvin Vella, li se jispjegalna għala niktbu l-għajn u l-akka. Fi lsienna għandna bosta qwiel marbuta mal-annimali. Claudia Gauci hija poetessa u se tkellimna dwar il-kitbiet tagħha, inkluż xogħol ġdid li qed tħejji għall-pubblikazzjoni. Se niltaqgħu wkoll ma' Damian Ebejer u Marco Galea, li se jgħaddulna tagħrif interessanti dwar Menz, wieħed mid-drammi ta' Francis Ebejer. Thomas Pace se jkellimna dwar proġett ta' kollaborazzjoni tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ilsien Malti; f'dan il-proġett, il-Kunsill ħadem ma' Edward Gilson fuq il-pubblikazzjoni ta' kotba tal-ġografija bi lsienna.

  • S03E06 Maħdum Bizzilla | L-Ambaxxaturi tal-Qari | Il-Mużika ta' Kym | Il-Poeżija ta' Simone Inguanez | Il-Kwistjoni tal-Lingwa

    • November 2, 2020
    • TVM

    It-tim tagħna ltaqa' ma' Kym sabiex isir aktar dwarha u dwar il-mużika tagħha. Min huma l-ambaxxaturi tal-qari? U x'inhu l-irwol tagħhom fil-promozzjoni ta' kultura ta' qari? It-tim tagħna ltaqa' ma' Daniel Cini sabiex insiru nafu aktar dwar din l-inizjattiva. Is-sengħa tal-bizzilla hija sinonima ma' pajjiżna; se niltaqgħu m'Annamaria Gatt sabiex nitkixxfu aktar dwar il-vokabolarju marbut ma' din is-sengħa. Simone Inguanez hija poetessa u traduttriċi; niltaqgħu magħha sabiex nitkixxfu aktar dwar is-sengħa tal-kitba tal-poeżija. X'nafu dwar il-Kwistjoni tal-Lingwa? It-tim tagħna ltaqa' mal-Prof. Arnold Cassola sabiex jitgħallem dwar il-kuntest storiku li fih seħħet din il-kwistjoni.

  • S03E07 Concetta Brincat | Ġorġ u Marlene Mifsud Chircop | Indur mal-Ħin | Kelma Kelma | Min hi Roberta Bajada?

    • November 9, 2020
    • TVM

    Se nsiru nafu lil Roberta Bajada aktar mill-qrib. Roberta hija awtriċi ta' tliet kotba għall-adolexxenti u ż-żgħażagħ. Dorienne Catania hija l-awtriċi ta' ktieb ħelu għat-tfal dwar arloġġ u l-ħajja tiegħu ta' kuljum. It-tim tagħna ltaqa' ma' Adrian Grima sabiex jitkixxef dwar Concetta Brincat, l-ewwel rumanziera Maltija li nafu biha. Min minna qatt ma sema' b'Kelma Kelma!? It-tim tagħna ltaqa' mal-fundatur u l-moħħ wara din il-paġna, u s-siti, kunċerti, u programmi relatati. Insellmu lir-riċerkaturi Ġorġ u Marlene Mifsud-Chircop, koppja li ħadmet qatigħ għal ilsienna.

  • S03E08 Il-Kitba ta' Audrey Friggieri | Regole Per La Lingua Maltese | Laqmijiet Qrendin | Noè, Skojjattlu, u l-ADHD | Espressjonijiet Maltin

    • November 16, 2020
    • TVM

    Stephanie Bugeja u Leanne Ellul huma l-koawturi ta' ktieb ħelu dwar tifel, sieħbu skojjattlu, u l-ADHD. Nerġgħu nlaqqgħukom mal-Prof. Arnold Cassola; din id-darba, Arnold se jkellimna dwar ir-Regole per la Lingua Maltese, dizzjunarju u ġabra ta' regoli grammatikali antiki. Audrey Friggieri hi kittieba oħra li se nlaqqgħukom magħha; f'din ir-rokna, Audrey se tkellimna dwar il-kitba għat-tfal. Niltaqgħu wkoll ma' Martin Morana, l-awtur ta' tliet kotba dwar espressjonijiet Maltin u l-istorja tagħhom. L-aħħar mistieden huwa r-riċerkatur Sergio Grech, li se jagħtina tagħrif dwar laqmijiet Qrendin.

  • S03E09 Il-Kitba Kreattiva: It-Tonijiet | Karmenu Vassallo | Ix-Xandir bil-Malti | It-Tqabbil tat-Tfal | Toni tat-Tritoni

    • November 23, 2020
    • TVM

    Din is-sena qed niddedikaw xi rokniet lis-sengħa tal-kitba kreattiva ... fir-rokna li jmiss se nħarsu lejn tonijiet differenti u t-tħaddim tajjeb tat-ton bħala mezzi li bihom nagħtu l-ħajja lil kitbietna. Se nlaqqgħukom ukoll ma' Stephen Lughermo, awtur li jikteb għal firxa wiesgħa ta' etajiet. Fl-ewwel rokna li se nxandru miegħu, Stephen jitkellem dwar 'Toni tat-Tritoni,' ktieb ħelu ħelu għall-etajiet iż-żgħar. Keith Demicoli se jingħaqad magħna sabiex jiddiskuti xi aspetti ta' xogħlu relatati mal-lingwa nazzjonali tagħna. Ir-riċerkatriċi żagħżugħa Rebecca Vella ltaqgħet magħna sabiex tgħaddilna tagħrif interessantissimu dwar it-taqbil tat-tfal. Il-poeta Karmenu Vassallo huwa l-aħħar suġġett li qed inħabbru. Il-Prof. Bernard Micallef se jaqsam xi ħsibijiet dwar Vassallo, filwaqt li Noel Tanti se jaqralna xi poeżiji minn tiegħu.

  • S03E10 Il-Vjaġġ tal-Unikornu | Damian dwar Francis Ebejer | Oliver Friggieri 1947-2020 | In-Neoloġiżmi | Strumenti Tradizzjonali Maltin

    • November 30, 2020
    • TVM

    Insellmu l-memorja tal-Prof. Oliver Friggieri b'siltiet mill-intervisti li għamilnielu. Nerġgħu niltaqgħu ma' Michael Spagnol, din id-darba sabiex niddiskutu n-neoloġiżmi Maltin, jiġifieri kliem ġdid fi lsienna. Damian Ebejer se jagħtina tagħrif ġdid dwar missieru Francis Ebejer u l-kollezzjoni ta' manuskritti li ħalla warajh. Niltaqgħu wkoll ma' Mariella Cassar, li kellmitna dwar pubblikazzjoni ħelwa miktuba minn studenti ta' kulleġġi differenti – Il-Vjaġġ tal-Unikornu. Fl-aħħar rokna tagħna se niltaqgħu ma' Francesco Sultana, li se jgħaddilna tagħrif interessanti dwar l-istrumenti tradizzjonali tan-nifs u r-reġistru marbut magħhom.

  • S03E11 Il-Lingwa tal-Infermiera | Koċċ Kliem | Id-Drammi ta' Joe Friggieri | Il-Kitba ta' Pierre J. Mejlak | Il-Malti Legali

    • December 7, 2020
    • TVM

    Se nerġgħu nlaqqgħukom ma' Joe Friggieri, din id-darba sabiex jitkellem magħna dwar id-drammi tiegħu. In-Nutar Dr Mariella Mizzi Attard se tkellimna dwar il-Malti legali u l-għeruq Taljani tiegħu. Jesmond Sharples se jitkellem dwar il-Malti mediku mill-esperjenza vasta tiegħu bħala infermier. Fir-rokna dwar l-edukazzjoni se nlaqqgħukom ma' Anna Vassallo, il-moħħ wara l-app 'Koċċ kliem.' L-aħħar mistiedna tagħna hija Justine Somerville, li se tkellimna dwar in-narrattiva ta' Pierre J Mejlak.

  • S03E12 Il-Qari tal-Provi | Is-Sengħa tal-Mastrudaxxa | Il-Malti fil-Postsekondarja | Il-Mużika ta' Michael Azzopardi | Passaport u Poeżija

    • December 14, 2020
    • TVM

    Se nlaqqgħukom ma' kantawtur ġdid – Michael Azzopardi. Se nlaqqgħukom ma' tnejn mill-qarrejja tal-provi tal-Malti, Daniela Attard Bezzina u Dwayne Ellul, li se jkellmuna dwar is-sengħa tal-korrezzjonijiet tal-provi. Se niltaqgħu wkoll ma' Clifford Debattista li se jkellimna dwar is-sengħa tal-mastrudaxxa u r-riċerka li għamel fuq ir-reġistru użat f'dan il-mestier. Clare Azzopardi, il-Kap tad-Dipartiment tal-Malti tal-JC, u l-lekċerer Leanne Ellul se jkellmuna dwar is-sillabu ta' lsienna fil-livelli intermedju u avvanzat. Fir-rokna dwar il-letteratura, Kit Azzopardi se jitkellem dwar il-poeżija Passaport ta' Antoine Cassar.

  • S03E13 Min hu Bertram Portelli? | Id-Damma ta' De Soldanis | L-Għanjiet tal-Milied | Aqra Miegħi | Il-Kitba tal-Lirika

    • December 21, 2020
    • TVM

    Se nlaqqgħukom ma' Kelly u Joan Sciberras, li se jkellmuna dwar il-programm Aqra Miegħi / Read with Me tal-Aġenzija Nazzjonali tal-Litteriżmu. Issa li ninsabu daqstant qrib il-ġurnata tal-Milied, se nagħtu ħarsa lejn l-għanjiet li nkantaw f'dan iż-żmien, grazzi lil Francesca Attard. Paul Ellul huwa poeta li bosta minn kitbietu tkantaw minn artisti bħal Ira Losco, Christabelle Borg, u Glen Vella; Paul se jiftħilna tieqa għal fuq il-proċess tal-kitba tal-lirika. Bertram Portelli huwa awtur żagħżugħ magħruf l-aktar għal kitba tan-narrattiva, u se niltaqgħu miegħu fir-rokna tal-letteretura. L-aħħar mistieden huwa Dr Olvin Vella, li se jkellimna dwar id-Damma ta' Francesco Agius de Soldanis.

  • S03E14 Il-Kitba Kreattiva: Il-Metrika | Ulied in-Nanna Venut fl-Amerka | Pietru Pawl Saydon | Għajdut Marbut mat-Tempji | Sitt Stejjer

    • December 28, 2020
    • TVM

    Se nerġgħu nlaqqgħukom mal-arkeologa Maria Elena Zammit, li se tkellimna dwar it-tradizzjoni orali – bħal ħrejjef u għajdut ieħor – marbut mat-tempji. Se nlaqqgħukom ukoll ma' Carmel Bezzina, riċerkatur li se jagħtina tagħrif dwar il-ħajja ta' Mons. Pietru Pawl Saydon, traduttur ewlieni tal-Bibbja. Għal darb'oħra se nerġgħu niffukaw fuq il-kitba kreattiva fir-rokna dwar il-kreattività, din id-darba b'ħarsa lejn il-metrika. Adrian Grima se jixħet aktar dawl fuq ir-rumanz 'Ulied in-nanna Venut fl-Amerka' ta' Juann Mamo. Anna Vassallo se terġa' tingħaqad magħna sabiex tagħtina tagħrif ġdid dwar app li tgħallem il-Malti lit-tfal - Sitt Stejjer.

  • S03E15 Mill-A saz-Z | Il-Malti u r-Rediffusion | Dun Karm, Ineż, u Emilja | Kelm'oħra għal Teżawru | Qwiel Marbuta max-Xitwa

    • January 4, 2021
    • TVM

    Dwayne Ellul se jkellimna dwar it-teżawri bi lsienna. Waħda mir-rokniet li ħejjejnielkom għall-ġimgħa d-dieħla hija bi qwiel dwar ix-xitwa. Anna Vassallo se terġa' tiltaqa' magħna, din id-darba sabiex titkellem dwar l-app 'Mill-A saz-Z.' Ir-Rediffusion kellu rwol importanti fl-istandardizzazzjoni tal-Malti u fil-bidu ta' tradizzjoni ġdida ta' xandir bi lsienna; Toni Sant jagħtina tagħrif dettaljat dwar l-importanza tar-Rediffusion għal-lingwa Maltija. Se nlaqqgħukom ukoll ma' Marita Cassar, riċerkatriċi li se tgħaddilna informazzjoni interessanti dwar Dun Karm Psaila bħala traduttur tal-proża.

  • S03E16 Il-Ġisem fl-Idjoma Maltija | Lellux u Peprin | L-Għana Malti | Kotba Elettroniċi bil-Malti | Il-Braille bil-Malti

    • January 11, 2021
    • TVM

    Se niltaqgħu ma' qwiel u idjomi marbuta mal-ġisem. Se nlaqqgħukom ukoll ma' Bridget Micallef, persuna nieqsa mid-dawl li se tkellimna dwar il-Braille bi lsienna. Jomike Agius u Lydon se jkellmuna (u jgħannulna) dwar l-għana Malti u t-tipi differenti tiegħu. Se niskopru format ieħor tal-kotba flimkien mal-pubblikatur Chris Gruppetta: Dak tal-kotba diġitali. L-aħħar mistieden huwa Carmel G. Cauchi, awtur magħruf sew mat-tfal u mal-ġenerazzjonijiet kbar li kienu midħla ta' kitbietu - se jaqralna poeżija mill-pubblikazzjoni 'Lellux u Peprin.'

  • S03E17 Dun Karm: Il-Kitbiet Prożajċi | Il-Lingwa tal-Ħaddieda | L-Iżvilupp tal-Lingwa fit-Tfal | Il-Wikipedija bil-Malti | Ġorġ Pisani

    • January 18, 2021
    • TVM

    Se nitkixxfu aktar dwar l-iżvilupp tal-lingwa fit-tfal, grazzi lil Tania Mangion. Maribel Bajada se tagħtina ħjiel tal-lingwaġġ tal-ħaddieda, sengħa antika u daqstant ieħor rikka fil-kliem. Paul George Pisani, bin il-poeta Ġorġ Pisani, sa jagħtina tagħrif interessanti dwar missieru. Se nerġgħu nlaqqgħukom ma' Marita Cassar, li se tagħtina tagħrif dwar il-kitbiet prożajċi ta' Dun Karm Psaila. Is-sena l-oħra tkellimna ma' Toni Sant dwar il-wikipedija bil-Malti; se niltaqgħu ma' żewġ kontributuri oħra – Neville Borg u Angie Balzan – dwar dan il-proġett.

  • S03E18 Il-Poeżiji ta' Lillian Sciberras | Il-Bilingwiżmu fil-Pubbliku | Is-Sengħa tal-Majjistra | Ninqeda bil-Malti | Il-Madonna taċ-Ċoqqa

    • January 25, 2021
    • TVM

    Se niltaqgħu ma' Albert Marshall fl-irwol ta' direttur, billi se jkellimna dwar il-produzzjoni 'Il-Madonna taċ-Ċoqqa.' Se nlaqqgħukom ukoll ma' Anna Vassallo, edukatriċi li se tkellimna dwar l-app 'Ninqeda bil-Malti.' L-infermiera u riċerkatriċi Janice Caruana se tkellimna dwar is-sengħa tal-majjistra, magħrufa wkoll bħala qabla, u dwar it-terminoloġija marbuta ma' dan ix-xogħol. Immanuel Mifsud se jingħaqad magħna sabiex ikellimna dwar il-poeżiji ta' Lillian Sciberras, magħrufa wkoll għall-proża tagħha u għall-ħidma fl-arkivjar. L-aħħar mistieden huwa Thomas Pace, id-Direttur Eżekuttiv tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ilsien Malti. F'din ir-rokna, Thomas jitkellem magħna dwar il-ħtieġa tal-bilingwiżmu fil-pubbliku.

  • S03E19 Il-Kitba tal-Lirika | Anton Buttigieg | Il-Malti f'Gazzetti Antiki | In-Namur u l-Għerusija | Is-Sillabu taċ-ĊES

    • February 1, 2021
    • TVM

    Fost il-mistiedna se jkollna lil Arnold Cassola u lil Mark Vella, żewġ riċerkaturi li se jkellmuna dwar il-gazzetti tal-bidu u l-irwol tagħhom fl-iżvilupp tal-idjoma politika u letterarja. Billi San Valentinu qiegħed joqrob ġmielu, se nwasslulkom tagħrif dwar in-namur u l-għerusija fl-imgħoddi tagħna, grazzi lil Yanika Schembri Fava. Se nlaqqgħukom ukoll ma' Carlston Grima, uffiċjal edukattiv tal-Malti li se jkellimna dwar is-sillabu l-ġdid tal-Malti. Wayne Farrugia se jkellimna dwar il-kitba tal-lirika. Fost l-oħrajn, Wayne kiteb għal Bernie and Pod u X-Tend. L-aħħar mistieden huwa John Buttigieg, bin Anton Buttigieg; John se jaqsam magħna xi ħsibijiet dwar missieru bħala kittieb.

  • S03E20 Hemm Art fil-Folja | F'Baħar Wieħed | Ir-Rumanzi ta' Audrey Friggieri | Enċiklopediji bil-Malti | Il-Qalb fl-Idjoma Maltija

    • February 8, 2021
    • TVM

    Se jkollna t-tieni rokna ma' Audrey Friggieri; din id-darba, Audrey se tkellimna dwar il-kitbiet tagħha għall-kbar. Billi Jum San Valentinu huwa fil-qrib, qed nagħtu ħarsa lill-qalb fl-idjoma Maltija. Id-direttur Lino Farrugia se jkellimna dwar l-ewwel darba li ttella' F'Baħar Wieħed, dramm li żamm lill-Maltin fi djarhom ġimgħa wara l-oħra. Se nerġgħu nlaqqgħukom ma' Carlston Grima, din id-darba sabiex ikellimna dwar l-antoloġija l-ġdida bis-siltiet letterarji għaċ-ĊES. L-aħħar mistieden huwa Dwayne Ellul, riċerkatur li se jkellimna dwar l-enċiklopediji bil-Malti.

  • S03E21 Il-Qarċilla | Goru l-Granċ | Il-Kitba Kreattiva: L-Elementi tal-Ħoss | Min Kien Kilin? | L-Oriġini Għarbi tal-Malti

    • February 15, 2021
    • TVM

    Se jkollna rokna dwar il-kitba kreattiva u l-elementi akustiċi ta' test. Se nlaqqgħukom mal-awtriċi żagħżugħa Svetlene Marie Fenech, li kellmitna dwar il-ktieb 'Goru l-Granċ'. Alex Vella Gregory huwa l-awtur tal-qarċilla għat-tieni sena konsekuttiva. F'din ir-rokna huwa jagħtina dewqa tal-istorja tal-qarċilla u kif żviluppat matul is-snin. Jennifer Abela se tkellimna dwar Kilin, awtur maħbub minn bosta. L-aħħar mistieden huwa Olvin Vella, li se jkellimna dwar in-nisel Għarbi ta' lsienna.

  • S03E22 Dun Feliċ Demarco | Mikiel Anton Vassalli | Ninħasel Biex Inkun Nadif | Skald | Rużar Briffa

    • February 22, 2021
    • TVM

    Se nlaqqgħukom ma' Conrad Fenech, riċerkatur li se jkellimna dwar Dun Feliċ Demarco, wieħed mill-kittieba ewlenin tal-qarċilla. Se nlaqqgħukom ukoll mal-istoriku Frans Ciappara, li se jwasslilna tagħrif dwar Mikiel Anton Vassalli. Il-Prof. Adrian Grima u Dr Immanuel Mifsud se jaqsmu magħna xi ħsibijiet dwar Rużar Briffa, tabib, fundatur tal-Għaqda tal-Malti u Leħen il-Malti, u – fuq kollox – poeta maħbub. Skald hija band li tipproduċi mużika bil-Malti; se nlaqqgħukom ma' Bertu Aquilina, wieħed mill-membri ta' din il-band. Angele Haber hija l-aħħar mistiedna li għandna; Angele se tkellimna dwar pubblikazzjoni għat-tfal bit-titlu 'Ninħasel biex inkun nadif.'

  • S03E23 Il-Poeżija ta' Norbert Bugeja | Il-Malti fil-Mezzi Diġitali | Guido Lanfranco | Mamà, Mamà, Għandi l-Ġuħ | L-Iskola tad-Drama u ż-Żfin

    • March 1, 2021
    • TVM

    Se niltaqgħu ma' Nicolette Borg, awtriċi ta' ktieb għat-tfal, bit-titlu 'Mamà, mamà, għandi l-ġuħ'. Huwa faċli daqs l-ABĊ li tużaw l-ittri Maltin fuq il-kompjuters jew il-mowbajls tagħkom. Norbert Bugeja se jaqsam magħna xi riflessjonijiet dwar il-kitba tal-poeżija; fl-istess rokna se jkollna xi kummenti ta' Kit Azzopardi dwar il-kitbiet ta' Norbert stess. Ir-rokna dwar il-kreattività u l-Malti se tlaqqagħna ma' Alan Fenech, li se jkellimna dwar l-Iskola tad-Drama u l-irwol tagħha fit-trawwim ta' atturi li jaħdmu bl-ilsien nattiv. Se nisimgħu lil Sandro Lanfranco jitkellem dwar Guido Lanfranco, missieru, u dwar il-kontribut kbir li ta lill-ilsien Malti, speċjalment f'oqsma differenti tat-tradizzjoni orali.

  • S03E24 Il-Kitba Kreattiva: Elementi Figurattivi | Is-Sriep Reġgħu Saru Valenużi | Ninu Cremona | Kliem L-Għasafar | Ir-Rivista Sagħtar

    • March 8, 2021
    • TVM

    Se jkollna rokna oħra dwar il-kitba kreattiva, din id-darba b'ħarsa lejn it-tekniki figurattivi. Joe Camilleri se jkellimna dwar il-kontribut ta' Ninu Cremona lejn il-lingwa u l-letteratura ta' pajjiżna. Mark-Anthony Falzon se jaqsam magħna xi ħsibijiet dwar kliem marbut mal-għasafar, speċjalment b'rabta mat-tismija tagħhom. Is-sena l-oħra ħarisna lejn l-istorja twila tas-Sagħtar; din is-sena se nħarsu lejn il-preżent u l-futur ta' din ir-rivista, flimkien mal-Editur Chris Giordano. Elena Cardona tiddiskuti l-użu intelliġenti tal-Malti u l-Ingliż fir-rumanz 'Is-Sriep Reġgħu Saru Valenużi' sabiex juri strati differenti tas-soċjetà.

  • S03E25 Nita, Niki, u Vjolita | Karnival ta' Francis Ebejer | It-Traduzzjoni | Mary Caruana u Ondina Tayar | Pawlu Mizzi - Kittieb ta' Tifkiriet

    • March 15, 2021
    • TVM

    Se nerġgħu niltaqgħu ma' Jesmond Sharples, din id-darba sabiex jaqsam magħna r-riċerka tiegħu dwar Mary Caruana u Ondina Tayar, żewġ kittieba bikrin tal-Malti. Simone Inguanez hija awtriċi li se tkellimna dwar it-traduzzjoni, kemm bħala traduttriċi kif ukoll bħala poetessa li ġiet tradotta għal ilsna oħra! Joseph Mizzi ltaqa' magħna sabiex jgħaddilna xi punti dwar l-aħħar ktieb tal-papà tiegħu, Pawlu Mizzi. Fl-aħħar ktieb ta' Pawlu nsibu bosta tifkiriet dwar karattri Għawdxin miktuba b'laqta Għawdxija. Mistiedna oħra hija l-awtriċi Natasha Turner, li tikteb qatigħ għat-tfal. F'dan l-episodju se tkellimna dwar il-ktieb 'Nita, Nikita u Vjolita.' Għada se nwasslulkom rokna oħra dwar ix-xogħlijiet ta' Francis Ebejer, din id-darba dwar id-dramm 'Karnival.' Għal din l-intervista tkellimna ma' Marco Galea.

  • S03E26 Ir-Rivista L-Imnara | Tlaqna u Wasalna | L-Arti tal-Lingwa | Il-Poeżija ta' Doreen Micallef | Frażarju Malti-Russu

    • March 22, 2021
    • TVM

    Normalment, l-iskultura ma nassoċjawhiex ma' lsienna; biss, l-artist Austin Camilleri sfida din l-idea b'serje ta' installazzjonijiet imnebbħa mil-lingwa Maltija, speċjalment mill-poeżija. Se nlaqqgħukom ma' Ġużi Gatt, l-editur ta' 'L-Imnara,' ir-rivista tal-Għaqda Maltija tal-Folklor. Fit-tieni rokna ma' Angele Haber se nagħtu ħarsa lejn il-pubblikazzjoni 'Tlaqna u Wasalna,' ktieb ħelu għall-qarrejja ż-żgħar. Se nlaqqgħukom mill-ġdid mal-kritiku Immanuel Mifsud, din id-darba sabiex infakkru lill-poetessa Doreen Micallef. L-aħħar mistiedna hija Yana Psaila, li mhux talli tgħallmet il-Malti imma qed tippubblika l-kotba sabiex tgħallem ilsienna lill-kelliema tar-Russu.

  • S03E27 Alfabetti Antiki Maltin | It-Taħdit fis-Snin Bikrin | Il-Malti fil-Ġimgħa Mqaddsa | Malti.mt | Il-Poeżiji t'Oliver Friggieri

    • March 29, 2021
    • TVM

    Olvin Vella se jeħodna lura fiż-żmien b'seklu (u aktar!) sabiex iwasslilna tagħrif dwar l-oriġini tal-alfabett Malti u dwar alfabetti oħra li kienu qed jikkompetu miegħu. Se nlaqqgħukom ma' Joanne Mifsud, li se tkellimna dwar il-kisba tat-taħdit fis-snin bikrin. Josette Bezzina hija esperta oħra li se tkellimna dwar it-taħdit fis-snin bikrin. Se nfakkru lil Oliver Friggieri permezz ta' rokna li fiha Bernard Micallef jikkummenta dwar il-poeżiji tiegħu. Se tinqara wkoll poeżija ta' Friggieri minn Noel Tanti. Michael Spagnol, il-Kap tad-Dipartiment tal-Malti, se jkellimna dwar is-sit Malti.mt, li fih ħażna ta' riżorsi fosthom uħud marbuta mat-Tradizzjoni Orali u d-Diploma fil-Letteratura Maltija. L-aħħar kelliem li qed nintroduċulkom huwa Noel D'Amato, li se jkellimna dwar kliem Malti marbut mad-drawwiet tal-Ġimgħa Mqaddsa.

  • S03E28 Il-Kitba tal-Poeżija | L-Element Ingliż fil-Malti | Il-Malti fl-Għid il-Kbir | Dawwarli Poeżija | Il-Kritika Letterarja

    • April 5, 2021
    • TVM

    Se nlaqqgħukom ma' wieħed mill-awturi l-aktar maħbuba ta' pajjiżna – Trevor Zahra. Din id-darba, Żahra se jkellimna dwar il-kitba tal-poeżija, l-illustrazzjoni, u l-animazzjoni. Se nerġgħu nlaqqgħukom ma' Noel D'Amato, din id-darba sabiex jgħaddilna tagħrif relatat ma' kliem li nużaw fi żmien l-Għid il-Kbir. Se niltaqgħu wkoll ma' Bernard Micallef, Leanne Ellul, u Michael Spagnol. Bernard se jkellimna dwar il-kritika letterarja, Leanne dwar il-kitba tal-poeżija, u Michael dwar l-element Ingliż fil-Malti.

  • S03E29 Il-Kitba Kreattiva: Ir-Repetizzjoni | Il-Poeżija t'Albert Marshall | It-Traduzzjoni tal-Bibbja | Il-Makkjetta | Smartinu u d-DSTI

    • April 12, 2021
    • TVM

    Se nwasslulkom rokna oħra mill-isbaħ minn idejn l-edituri tagħna, din id-darba dwar il-kitba kreattiva u r-repetizzjoni. Kurt Slattery huwa riċerkatur żagħżugħ li fost l-oħrajn stħarreġ il-makkjetta, ġeneru ta' għana bil-Malti. Se nlaqqgħukom mill-ġdid ma' Natasha Turner, li se tkellimna dwar ktieb ieħor li ħarġet f'kollaborazzjoni mal-Aġenzija Nazzjonali tal-Litteriżmu: 'Smartinu u d-DSTI'. Fir-rokna tal-letteratura, se nagħtu ħarsa lill-poeżiji ta' Albert Marshall, b'intervista lill-poeta nnifsu. Se nħarsu lejn it-traduzzjoni tal-Bibbja; Carmel Bezzina, il-mistieden tagħna, se jagħtina kemm l-isfond storiku, kif ukoll kummenti ta' natura lingwistika dwar ix-xogħol monumentali tal-Mons. Pietru Pawl Saydon.

  • S03E30 Il-Bilingwiżmu | Il-Kitba tal-Istorja | Il-Gaġġa ta' Frans Sammut | Ir-Rivista L-Aċċent | Ġorġ tal-Mużew

    • April 19, 2021
    • TVM

    Se nlaqqgħukom ma' Dr Lara Vella mill-Aġenzija Nazzjonali tal-Litteriżmu. Lara se tkellimna dwar il-bilingwiżmu fis-snin bikrin. Se nerġgħu niltaqgħu ma' Sergio Grech, din id-darba sabiex ikellimna dwar il-kitba tal-istorja bi lsienna. Mark Vella se jkellimna dwar ir-rivista 'l-aċċent', rivista maħruġa mit-tradutturi tal-Unjoni Ewropea. Ġorġ Agius, magħruf ukoll bħala Ġorġ tal-Mużew jew l-Għannej tal-Mulej, kien magħruf u maħbub minn bosta; se nfakkru t-taqbiliet ta' Ġorġ, grazzi lil Tonio Bonello. Adrian Grima u Joseph Mizzi se jkellmuna dwar 'Il-Gaġġa' ta' Frans Sammut, u dwar ir-rabta storika tiegħu mal-Klabb Kotba Maltin.

  • S03E31 Il-Varjazzjoni Lessikali | Il-Kitba tat-Textbooks | It-Televixin bil-Malti | Il-Kitbiet ta' Lara Calleja | It-Traduzzjonijiet ta' Vassalli

    • April 26, 2021
    • TVM

    Xi rwol kellu t-televixin fl-istandardizzazzjoni tal-Malti? Se nlaqqgħukom ma' Dr Toni Sant sabiex nistħarrġu aħjar is-sehem tax-xandir fl-iżvilupp tal-Malti. Clare Azzopardi u Leanne Ellul huma żewġ kittieba tat-textbooks bil-Malti; se jaqsmu magħna xi ħsibijiet dwar il-kitba ta' dan il-ġeneru ta' kotba. L-aħbar li Lara Calleja hija waħda mill-kittieba nominati għall-European Union Prize for Literature ma setgħetx ġiet fi żmien aħjar, għax se nkunu qed nintervistawha. Se nlaqqgħukom ukoll mar-riċerkatriċi żagħżugħa Diane Cutajar, li se tkellimna dwar il-varjazzjonijiet lessikali f'erba' lokalitajiet madwar Malta u Għawdex. L-aħħar mistieden huwa Ivan Said; Ivan se jgħaddilna tagħrif dwar Mikiel Anton Vassalli bħala traduttur.

  • S03E32 Dun Karm Sant | L-Omm fuq Fomm il-Maltin | Il-Malti u r-Realtà Miżjuda | Ir-Rebus | Anastasju Cuschieri

    • May 3, 2021
    • TVM

    Għal Jum l-Omm ħejjejnielkom rokna speċjali bi qwiel u idjomi marbuta mal-omm. Se niltaqgħu wkoll ma' Michael Spagnol, li se jkellimna dwar ġeneru ta' logħob bil-kliem magħruf bħala rebus. Trevor Zahra huwa awtur ieħor li se niltaqgħu miegħu; din id-darba, Żahra se jkellimna dwar pubblikazzjoni ġdida li tgħaqqad ir-realtà fiżika ma' dik miżjuda (awmentata). Se nlaqqgħukom ukoll mar-Rev. Dr Charlo Camilleri sabiex nitkixxfu aktar dwar Anastasju Cuschieri. L-aħħar mistieden huwa r-Rev. Dr Paul Sciberras, li se jkellimna dwar Dun Karm Sant f'għeluq il-100 sena minn twelidu.

  • S03E33 Min hu Stephen Lughermo? | L-Element Taljan fil-Malti | Id-Djalett Imġarri | Il-Ħobż Malti | Il-Kitba Kreattiva: Elementi Ewlenin fi Storja

    • May 10, 2021
    • TVM

    Se nwasslulkom rokna oħra dwar il-kitba kreattiva, din id-darba dwar l-elementi ewlenin fi storja. Kemm hawn minnkom li jħobbu jiktbu l-istejjer, għalihom infushom, għall-ħbieb, jew għall-pubbliku? Se niltaqgħu mar-riċerkatriċi żagħżugħa Yasmin Camilleri, li se taqsam magħna xi tagħrif dwar id-djalett Imġarri. Il-Prof. Joseph Brincat huwa wieħed mill-mistiedna l-ġodda għal din is-sena; fir-rokna dwar l-istorja, huwa se jaqsam magħna xi ħsibijiet dwar l-influwenza tat-Taljan fuq ilsienna! Il-pubblikatur Joseph Mizzi se jkellimna fuq ktieb ġdid dwar il-ħobż Malti u dwar l-importanza tal-kitba fattwali bi lsienna għall-ġenerazzjonijiet iż-żgħar. L-aħħar mistieden huwa Stephen Lughermo, li din id-darba se jkellimna dwar il-kotba għall-adolexxenti u ż-żgħażagħ.

  • S03E34 L-Isqalli u l-Malti | Mary Meylak | Il-Mitoloġija Griega għat-Tfal | L-Istorja tat-Traduzzjoni | Ġużè Muscat Azzopardi

    • May 17, 2021
    • TVM

    Il-Prof. Joseph Brincat se jerġa' jingħaqad magħna, din id-darba sabiex ikellimna speċifikament dwar l-influwenza tal-Isqalli fuq il-Malti. Immanuel Mifsud se jkellimna dwar il-poetessa Mary Meylak – Ġganta tal-poeżija Maltija li qajla tiġi rikonoxxuta biżżejjed għall-kontribut kbir tagħha. Se nlaqqgħukom ma' Saviour Pirotta, awtur Malti li jikteb bl-Ingliż ġewwa l-Ingilterra u li l-kotba tiegħu ġew addattati għal ilsienna minn Karm Serracino. Se nerġgħu nlaqqgħukom ma' Mark Vella, din id-darba sabiex jgħaddilna xi tagħrif dwar Ġużè Muscat Azzopardi, magħruf ukoll bħala Missier il-Letteratura Maltija. Ivan Said isemmi testi reliġjużi li ġew tradotti għal ilsienna bħala eżempji mill-istorja tat-traduzzjoni għall-Malti.

  • S03E35 Fil-Mużew tal-Futbol | Sriep, Rumanz, u Skrin | Marjanu Vella | Is-Sessiżmu fil-Lingwa Maltija | Ilħna Mitlufa

    • May 24, 2021
    • TVM

    Teodor Reljić se jkellimna dwar l-addattament għall-iskrin tar-rumanz 'Is-Sriep Reġgħu Saru Velenużi.' Bernard Micallef se jkellimna dwar il-poeta Marjanu Vella, filwaqt li Noel Tanti se jaqralna xi poeżiji tal-istess poeta. George Farrugia se jkellimna dwar is-sessiżmu fil-lingwa Maltija u kif nistgħu nevitaw frażijiet ta' natura inġusta. F'rokna oħra se nlaqqgħukom ma' Gilbert Agius u Daniela Attard, l-awturi ta' ktieb dwar il-Mużew tal-Futbol. L-aħħar mistieden huwa Alex Vella Gregory, li se jkellimna dwar il-proġett 'Ilħna Mitlufa' ta' Filfla Records.

  • S03E36 L-Armar tal-Festa | Is-Sħaba l-Imqarba | Il-Kitba Kreattiva: Ir-Rima | L-Ibleh ta' Ġużè Orlando | Ir-Rivista Il-Malti

    • May 31, 2021
    • TVM

    Fir-rokna li jmiss dwar il-kitba kreattiva, se nagħtu ħarsa lejn ir-rima. Se nlaqqgħukom ma' Joseph Borg, li se jgħaddilna tagħrif dwar ir-rivista 'Il-Malti' tal-Akkademja tal-Malti. Fir-rokna dwar il-letteratura, ir-riċerkatur Mark Vella se jaqsam magħna xi tagħrif dwar Ġużè Orlando, kittieb soċjorealista.

  • S03E37 Ilħna mill-Imgħoddi | Rita l-Qarnita | Il-Kitbiet ta' Joe Camilleri | L-Editjar | Qwiel Marbuta mas-Sajf

    • June 7, 2021
    • TVM

    Joe Borg se jerġa' jingħaqad magħna sabiex ikellimna dwar il-proġett Ilħna mill-Imgħoddi, id-diġitalizzazzjoni ta' tejps b'rekordings antiki t'awturi Maltin. Se nlaqqgħukom ma' Miriam Degiorgio, l-awtriċi ta' ktieb għat-tfal: Rita l-Qarnita. Mistieden ieħor huwa Joe Camilleri, kittieb Għawdxi magħruf l-aktar għan-novelli. F'rokna oħra se nħarsu lejn is-sengħa tal-editjar, flimkien ma' Clare Azzopardi u Kit Azzopardi. Se nagħtu ħarsa lill-qwiel u l-idjomi marbuta mal-istaġun tas-sajf u x-xhur tiegħu.