Dwayne Ellul se jkellimna dwar it-teżawri bi lsienna. Waħda mir-rokniet li ħejjejnielkom għall-ġimgħa d-dieħla hija bi qwiel dwar ix-xitwa. Anna Vassallo se terġa' tiltaqa' magħna, din id-darba sabiex titkellem dwar l-app 'Mill-A saz-Z.' Ir-Rediffusion kellu rwol importanti fl-istandardizzazzjoni tal-Malti u fil-bidu ta' tradizzjoni ġdida ta' xandir bi lsienna; Toni Sant jagħtina tagħrif dettaljat dwar l-importanza tar-Rediffusion għal-lingwa Maltija. Se nlaqqgħukom ukoll ma' Marita Cassar, riċerkatriċi li se tgħaddilna informazzjoni interessanti dwar Dun Karm Psaila bħala traduttur tal-proża.
Name | Type | Role | |
---|---|---|---|
Kit Azzopardi | Writer | ||
Dwayne Ellul | Guest Star | ||
Anna Vassallo | Guest Star | ||
Marita Cassar | Guest Star | ||
Toni Sant | Guest Star | ||
Alan Paul Mizzi | Director | ||
Daniela Attard Bezzina | Crew | ||
Dorothy Bezzina | Crew | ||
Nadine Falzon | Crew |