Fl-episodju li jmiss nerġgħu nħarsu lejn il-Malti bħala għodda ta' inklużjoni, din id-darba għal persuni neqsin mis-smigħ u mid-dawl, u għal persuni bl-awtiżmu. Fost il-mistiedna fl-episodju li jmiss se jkollna lil Oliver Scicluna, il-President tal-Commission for the Rights of Persons with Disability (CRPD). Fost l-oħrajn, huwa jitkellem dwar il-Malti u l-persuni neqsin mis-smigħ u d-dawl, u persuni bl-awtiżmu. Il-Prof. Marie Alexander se taqsam magħna spunti dwar ir-riċerka u t-teknoloġija għal persuni neqsin mid-dawl u mis-smigħ, u dwar persuni bl-awtiżmu. Niltaqgħu wkoll ma' Dorianne Callus, membru attiv tad-Deaf People Association - Malta. Tinterpreta Rita Portelli.
| Name | Type | Role | |
|---|---|---|---|
| Kit Azzopardi | Writer | ||
| Marie Alexander | Guest Star | ||
| Oliver Scicluna | Guest Star | ||
| Dorianne Callus | Guest Star | ||
| Alan Paul Mizzi | Director | ||
| Mariele Zammit | Crew | ||
| Nadine Falzon | Crew | ||
| Jorje Bosios | Crew | ||
| Daniela Attard Bezzina | Crew |