Se niltaqgħu ma' Dr Olvin Vella, li se jispjegalna għala niktbu l-għajn u l-akka. Fi lsienna għandna bosta qwiel marbuta mal-annimali. Claudia Gauci hija poetessa u se tkellimna dwar il-kitbiet tagħha, inkluż xogħol ġdid li qed tħejji għall-pubblikazzjoni. Se niltaqgħu wkoll ma' Damian Ebejer u Marco Galea, li se jgħaddulna tagħrif interessanti dwar Menz, wieħed mid-drammi ta' Francis Ebejer. Thomas Pace se jkellimna dwar proġett ta' kollaborazzjoni tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ilsien Malti; f'dan il-proġett, il-Kunsill ħadem ma' Edward Gilson fuq il-pubblikazzjoni ta' kotba tal-ġografija bi lsienna.
Name | Type | Role | |
---|---|---|---|
Kit Azzopardi | Writer | ||
Damian Ebejer | Guest Star | ||
Thomas Pace | Guest Star | ||
Marco Galea | Guest Star | ||
Claudia Gauci | Guest Star | ||
Olvin Vella | Guest Star | ||
Alan Paul Mizzi | Director | ||
Daniela Attard Bezzina | Crew | ||
Dorothy Bezzina | Crew | ||
Nadine Falzon | Crew |