Se niltaqgħu ma' Nicolette Borg, awtriċi ta' ktieb għat-tfal, bit-titlu 'Mamà, mamà, għandi l-ġuħ'. Huwa faċli daqs l-ABĊ li tużaw l-ittri Maltin fuq il-kompjuters jew il-mowbajls tagħkom. Norbert Bugeja se jaqsam magħna xi riflessjonijiet dwar il-kitba tal-poeżija; fl-istess rokna se jkollna xi kummenti ta' Kit Azzopardi dwar il-kitbiet ta' Norbert stess. Ir-rokna dwar il-kreattività u l-Malti se tlaqqagħna ma' Alan Fenech, li se jkellimna dwar l-Iskola tad-Drama u l-irwol tagħha fit-trawwim ta' atturi li jaħdmu bl-ilsien nattiv. Se nisimgħu lil Sandro Lanfranco jitkellem dwar Guido Lanfranco, missieru, u dwar il-kontribut kbir li ta lill-ilsien Malti, speċjalment f'oqsma differenti tat-tradizzjoni orali.
Name | Type | Role | |
---|---|---|---|
Kit Azzopardi | Writer | ||
Sandro Lanfranca | Guest Star | ||
Nicolette Borg | Guest Star | ||
Alan Fenech | Guest Star | ||
Kit Azzopardi | Guest Star | ||
Norbert Bugeja | Guest Star | ||
Alan Paul Mizzi | Director | ||
Dorothy Bezzina | Crew | ||
Nadine Falzon | Crew | ||
Daniela Attard Bezzina | Crew |