Yanika Schembri Fava se tkellimna dwar il-Malti u l-folklor. Yanika tgħin qatigħ fit-tlugħ tal-attivitajiet ta' It-Tradizzjoni Orali, inizjattiva tad- Dipartiment tal-Malti fl-Università ta' Malta. Kelliema oħra hija Marlene Mifsud Chircop, folklorista li ilha tirriċerka t-tradizzjoni orali f'pajjiżna għal snin twal ħafna. Steve Borg huwa etnografu u kittieb li rriċerka qatigħ id-drawwiet u l-għajdut tal-Maltin. Huwa wkoll se jkun qed jaqsam magħna xi riflessjonijiet dwar ilsienna u l-folklor. Għal bosta snin ilsienna serva sabiex il-folklor ta’ pajjiżna jgħaddi minn ġenerazzjoni għal oħra, fost l-oħrajn permezz ta’ qwiel, idjomi, taqbiliet, u ħrejjef. Guzi Gatt huwa l-aħħar mistieden għal dan l-episodju.
Name | Type | Role | |
---|---|---|---|
Kit Azzopardi | Writer | ||
Yanika Schembri Fava | Guest Star | ||
Ġużi Gatt | Guest Star | ||
Steve Borg | Guest Star | ||
Marlene Mifsud Chircop | Guest Star | ||
Alan Paul Mizzi | Director | ||
Jorje Bosios | Crew | ||
Daniela Attard Bezzina | Crew | ||
Dorothy Bezzina | Crew | ||
Nadine Falzon | Crew |