Fl-episodju li jmiss se nħarsu lejn qasam speċjalizzat ħafna: il-Malti mediku. Fost l-oħrajn se nkunu qed nitkellmu mal-ispeċjalista Yves Muscat-Baron. Nitkellmu ma' Ermira Tartari Bonnici, infermiera Albaniża li ilha taħdem f'pajjiżna għal dawn l-aħħar 18-il sena. Joseph Trapani, lekċerer tax-Xjenzi tas-Saħħa, se jiddiskuti l-importanza li l-ħaddiema fil-qasam tas-saħħa jitkellmu l-lingwa nattiva tal-pazjenti tagħhom. Michael Spagnol, lekċerer mad-Dipartiment tal-Malti fl-Università ta' Malta u l-moħħ wara Kelma Kelma, se jiddiskuti l-użu tal-Malti fil-qasam tas-saħħa.
Name | Type | Role | |
---|---|---|---|
Kit Azzopardi | Writer | ||
Michael Spagnol | Guest Star | ||
Ermira Tartari Bonnici | Guest Star | ||
Yves Muscat-Baron | Guest Star | ||
Joseph Trapani | Guest Star | ||
Alan Paul Mizzi | Director | ||
Daniela Attard Bezzina | Crew | ||
Mariele Zammit | Crew | ||
Nadine Falzon | Crew | ||
Jorje Bosios | Crew |