Il-kittieba tax-xellug fil-bidu tas-seklu għoxrin ħallew impatt kbir fuq il-letteratura Maltija tas-seklu ta' wara. F'dan l-episodju nitkellmu ma' għadd ta' riċerkaturi dwar dawn il-kittieba, magħrufa aħjar bħala s-soċjorealisti. Fost l-interventi hemm dak ta' Maria Simiana, riċerkatriċi żagħżugħa. M'hemm ħtieġa t'ebda introduzzjoni għall-Prof. Oliver Friggieri; fost l-oħrajn, Friggieri se jitkellem dwar l-irwol tas-soċjorealiżmu fil-formazzjoni tal-partiti. Emanuel Psaila rriċerka l-letteratura u l-politika; isimgħu x'għandu xi jgħid dwar il-kittieba tal-bidu tas-seklu 20! Ir-raba' mistieden għall-episodju t'għada huwa Charles Briffa, lekċerer mad-Dipartiment għall-Istudji dwar it-Traduzzjoni u l-Interpretazzjoni fl-Università ta' Malta.
Name | Type | Role | |
---|---|---|---|
Kit Azzopardi | Writer | ||
Oliver Friggieri | Guest Star | ||
Charles Briffa | Guest Star | ||
Maria Simiana | Guest Star | ||
Emanuel Psaila | Guest Star | ||
Alan Paul Mizzi | Director | ||
Jorje Bosios | Crew | ||
Daniela Attard Bezzina | Crew | ||
Mariele Zammit | Crew | ||
Nadine Falzon | Crew |