Normalment, l-iskultura ma nassoċjawhiex ma' lsienna; biss, l-artist Austin Camilleri sfida din l-idea b'serje ta' installazzjonijiet imnebbħa mil-lingwa Maltija, speċjalment mill-poeżija. Se nlaqqgħukom ma' Ġużi Gatt, l-editur ta' 'L-Imnara,' ir-rivista tal-Għaqda Maltija tal-Folklor. Fit-tieni rokna ma' Angele Haber se nagħtu ħarsa lejn il-pubblikazzjoni 'Tlaqna u Wasalna,' ktieb ħelu għall-qarrejja ż-żgħar. Se nlaqqgħukom mill-ġdid mal-kritiku Immanuel Mifsud, din id-darba sabiex infakkru lill-poetessa Doreen Micallef. L-aħħar mistiedna hija Yana Psaila, li mhux talli tgħallmet il-Malti imma qed tippubblika l-kotba sabiex tgħallem ilsienna lill-kelliema tar-Russu.
Name | Type | Role | |
---|---|---|---|
Kit Azzopardi | Writer | ||
Yana Psaila | Guest Star | ||
Angele Marie Haber | Guest Star | ||
Austin Camilleri | Guest Star | ||
Ġużi Gatt | Guest Star | ||
Immanuel Mifsud | Guest Star | ||
Alan Paul Mizzi | Director | ||
Dorothy Bezzina | Crew | ||
Nadine Falzon | Crew | ||
Daniela Attard Bezzina | Crew |