Se nlaqqgħukom mal-librar Noel Tanti, li se jkellimna dwar l-irwol tal-libreriji tal-iskejjel fit-tagħlim tal-Malti. Il-kantawtur Vince Fabri se kellimna dwar 'Aħn'aħna jew m'aħniex,' programm li introduċa ġeneru ġdid fit-televiżjoni bi lsienna: Is-satira! Se jkollna mistiedna speċjali – lil Ann Marie Schembri, l-ewwel presidenta tal-Akkademja tal-Malti. Fost l-oħrajn, Ann Marie se tkellimna dwar kif l-Akkademja se tiċċelebra l-100 sena tagħha. Fir-rokna dwar il-letteratura se nagħtu ħarsa lejn kittieba u testi li jlaqqgħu flimkien l-arkeoloġija u l-kitba kreattiva, b'kummenti mill-arkeologa MariaElena Zammit u l-għalliem Kit Azzopardi. Se nlaqqgħukom ukoll ma' Guzi Gatt, folklorista li se jkellimna dwar is-sengħa tal-ħobż.
Name | Type | Role | |
---|---|---|---|
Kit Azzopardi | Writer | ||
Noel Tanti | Guest Star | ||
Vince Fabri | Guest Star | ||
Kit Azzopardi | Guest Star | ||
Ann Marie Schembri | Guest Star | ||
Ġużi Gatt | Guest Star | ||
Mariaelena Zammit | Guest Star | ||
Alan Paul Mizzi | Director | ||
Daniela Attard Bezzina | Crew | ||
Dorothy Bezzina | Crew | ||
Nadine Falzon | Crew |