Rachelle Deguara hija għannejja żagħżugħa li se niltaqgħu magħha fl-episodju li jmiss ta' Ilsienna (u li kif tistgħu tobsru, se jkun dwar l-għana!). L-għana huwa wieħed mit-tipi ta' mużika folkloristika l-aktar magħrufa f'pajjiżna. F'dan l-episodju nħarsu lejn il-valur soċjali tiegħu u lejn it-tekniki mħaddma fl-għana u fix-xogħol tal-kitarri. Ġorġ Azzopardi, magħruf bħala ż-Żabliġon, huwa wieħed mill-mistiedna speċjali tal-episodju li jmiss ... fost l-oħrajn se jurina kif tinħadem kitarra ta' Malta, xogħol idejh! Tkellimna wkoll ma' Ranier Fsadni, antropologu, li rriċerka l-għana.
| Name | Type | Role | |
|---|---|---|---|
| Kit Azzopardi | Writer | ||
| Rachelle Deguara | Guest Star | ||
| Ranier Fsadni | Guest Star | ||
| Ġorġ Azzopardi | Guest Star | ||
| Alan Paul Mizzi | Director | ||
| Jorje Bosios | Crew | ||
| Daniela Attard Bezzina | Crew | ||
| Mariele Zammit | Crew | ||
| Nadine Falzon | Crew |