Xi rwol kellu t-televixin fl-istandardizzazzjoni tal-Malti? Se nlaqqgħukom ma' Dr Toni Sant sabiex nistħarrġu aħjar is-sehem tax-xandir fl-iżvilupp tal-Malti. Clare Azzopardi u Leanne Ellul huma żewġ kittieba tat-textbooks bil-Malti; se jaqsmu magħna xi ħsibijiet dwar il-kitba ta' dan il-ġeneru ta' kotba. L-aħbar li Lara Calleja hija waħda mill-kittieba nominati għall-European Union Prize for Literature ma setgħetx ġiet fi żmien aħjar, għax se nkunu qed nintervistawha. Se nlaqqgħukom ukoll mar-riċerkatriċi żagħżugħa Diane Cutajar, li se tkellimna dwar il-varjazzjonijiet lessikali f'erba' lokalitajiet madwar Malta u Għawdex. L-aħħar mistieden huwa Ivan Said; Ivan se jgħaddilna tagħrif dwar Mikiel Anton Vassalli bħala traduttur.
Name | Type | Role | |
---|---|---|---|
Kit Azzopardi | Writer | ||
Lara Calleja | Guest Star | ||
Leanne Ellul | Guest Star | ||
Ivan Said | Guest Star | ||
Clare Azzopardi | Guest Star | ||
Toni Sant | Guest Star | ||
Diane Cutajar | Guest Star | ||
Alan Paul Mizzi | Director | ||
Daniela Attard Bezzina | Crew | ||
Dorothy Bezzina | Crew | ||
Nadine Falzon | Crew |