Se jkollna t-tieni rokna ma' Audrey Friggieri; din id-darba, Audrey se tkellimna dwar il-kitbiet tagħha għall-kbar. Billi Jum San Valentinu huwa fil-qrib, qed nagħtu ħarsa lill-qalb fl-idjoma Maltija. Id-direttur Lino Farrugia se jkellimna dwar l-ewwel darba li ttella' F'Baħar Wieħed, dramm li żamm lill-Maltin fi djarhom ġimgħa wara l-oħra. Se nerġgħu nlaqqgħukom ma' Carlston Grima, din id-darba sabiex ikellimna dwar l-antoloġija l-ġdida bis-siltiet letterarji għaċ-ĊES. L-aħħar mistieden huwa Dwayne Ellul, riċerkatur li se jkellimna dwar l-enċiklopediji bil-Malti.
Name | Type | Role | |
---|---|---|---|
Kit Azzopardi | Writer | ||
Lino Farrugia | Guest Star | ||
Audrey Friggieri | Guest Star | ||
Carlston Grima | Guest Star | ||
Dwayne Ellul | Guest Star | ||
Alan Paul Mizzi | Director | ||
Dorothy Bezzina | Crew | ||
Nadine Falzon | Crew | ||
Daniela Attard Bezzina | Crew |