Se nwasslulkom rokna oħra mill-isbaħ minn idejn l-edituri tagħna, din id-darba dwar il-kitba kreattiva u r-repetizzjoni. Kurt Slattery huwa riċerkatur żagħżugħ li fost l-oħrajn stħarreġ il-makkjetta, ġeneru ta' għana bil-Malti. Se nlaqqgħukom mill-ġdid ma' Natasha Turner, li se tkellimna dwar ktieb ieħor li ħarġet f'kollaborazzjoni mal-Aġenzija Nazzjonali tal-Litteriżmu: 'Smartinu u d-DSTI'. Fir-rokna tal-letteratura, se nagħtu ħarsa lill-poeżiji ta' Albert Marshall, b'intervista lill-poeta nnifsu. Se nħarsu lejn it-traduzzjoni tal-Bibbja; Carmel Bezzina, il-mistieden tagħna, se jagħtina kemm l-isfond storiku, kif ukoll kummenti ta' natura lingwistika dwar ix-xogħol monumentali tal-Mons. Pietru Pawl Saydon.
Name | Type | Role | |
---|---|---|---|
Kit Azzopardi | Writer | ||
Carmel Bezzina | Guest Star | ||
Natasha Turner | Guest Star | ||
Albert Marshall | Guest Star | ||
Kurt Slattery | Guest Star | ||
Alan Paul Mizzi | Director | ||
Daniela Attard Bezzina | Crew | ||
Dorothy Bezzina | Crew | ||
Nadine Falzon | Crew |